familja – Page 2 – One News

Notifiki

Wegħda PL: “Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom”

“Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat, tul din il-leġislatura ser ikun qed jagħti lura lill-ħaddiema gradwalment dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa”.

Il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista qal li s-suċċess ekonomiku għandu jwassal għal ekonomija li taħdem direttament għall-individwu u għall-familja tiegħu. Spjega li qed nitkellmu dwar medja ta’ bejn erba’ u ħamest’ijiem fis-sena.

Aqra aktar

Wegħda mwettqa għall-ġenituri li jridu jittrasferixxu n-negozju lit-tfal

Ilum tnediet skema li kienet mħabbra fl-aħħar Baġit, jiġifieri t-tnaqqis tal-boll, minn 5% għal 1.5%, għal meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan għandu jgħin ħafna negozji tal-familja biex jibqgħu mexjin ’il quddiem.

Ħabbru t-tnedija l-Minsitri Chris Cardona u Edward Scicluna.

Il-Ministru Cardona qal li kif ħareġ ċar mir-riċerka u konsultazzjoni pubblika,  is-suċċessjoni tan-negozji tal-familja hija l-aktar proċess ta’ sfida li n-negozji tal-familja jkollhom jgħaddu minnu minħabba li, jekk ma jsirx tajjeb, jista’ jirriżulta t-tmiem tan- negozju tal-familja.

Aqra aktar

Akkużat li kien se joqtol lil martu u lil bintu ta’ erba’ snin

Il-pjan li kellu missier biex joqtol lil martu u lit-tifla ta’ erba’ snin ħareġ fil-beraħ meta l-akkużat bi żball bagħat messaġġ tal-pjan lill-eks impjegatur tiegħu minflok lil dak li kellu jwettaq il-pjan.

Jeff Lyte, minn Washington fl-Istati Uniti, ħallas raġel bl-isem ta’ Shayne biex joqtol lil martu u lit-tifla tiegħu li għandha biss erba’ snin, dan kollu biex jieħu s-somma ta’ $1.5 MILJUN li kieku kien jingħata mingħand tal-life insurance’ kieku tilef lil familtu.

Aqra aktar

Il-Ministru Michael Farrugia premjat minn-Nazzjonijiet Magħquda

Il-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia kien premjat għall-promozzjoni ta’ miżuri favur il-familja u l-integrazzjoni soċjali. Dawn waqt laqgħa tal-International Federation for Family Development fil-kwartieri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Waqt li ndirizza l-assemblea ġenerali, il-Ministru Farrugia qal li leġiżlaturi għandhom obbligu lejn it-tfal u l-kuntentizza tagħhom. Qal li huma f’obbligu jfasslu miżuri u jadottaw politika fejn it-tfal huma fiċ-ċentru.

L-Indja tagħti tama lill-Maltin li jridu familja

L-Indja qed tkun il-lok li jagħti tama ġdida lil diversi koppji li jridu jkunu ġenituri prospettivi u li biex jagħmlu dan daru fuq l-addozzjoni.

Wara perjodi diffiċli ħafna fil-qasam tal-addozzjoni internazzjonali għall-Maltin, tant li s-sena li għaddiet kien hemm biss sitt każi ta’ addozzjoni, jidher li dan il-pajjiż ta tamiet ġodda. L-addozzjoni mill-Indja infetħet riċentament bl-aħbar intlaqgħet tajjeb wara li fl-aħħar snin kien hemm xi pajjiżi, bħall-Kambodja, li ngħalqu.

Aqra aktar

Send this to a friend