familja – One News

Notifiki

Ftit aktar nisa jieħdu ħsieb it-tfal mill-irġiel

Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO juri li n-nisa kellhom ftit iżjed responsabilità tal-ħarsien tat-tfal mill-irġiel. Aqra aktar

ARA: Ħidma imprezzabbli mill-Air Malta biex ġeru wasal għand familja li mtliet bil-ferħ

Ġeru li kellu jiġi minn Spanja f’Marzu, issa jinsab fi ħdan familja wara ħidma imprezzabbli mill-ħaddiema tal-Air Malta u tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dawk Ewropej. Il-ġeru kellu jiġi minn Barċellona f’Marzu wara li fil-bidu tas-sena tħalla jikber ftit sakemm ikun jista’ jivvjaġġa fuq ajruplan.Aqra aktar

Iċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Familja

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Familja. Illum, iktar minn qatt qabel, jifhem aktar l-importanza tal-familja fis-soċjetà u r-realtajiet attwali li qed ngħixu fihom. Aqra aktar

“L-agħar ħaġa li setgħet tiġri”- Jitkellmu l-qraba tal-Kanadiż li ngħata l-piena tal-mewt fuq traffikar tad-droga

Il-qraba ta’ Kanadiż li ngħata l-piena tal-mewt fuq traffikar ta’ droga qalu li din kienet l-agħar ħaġa li qatt setgħet tiġrilhom.

Għall-ewwel, Robert Lloyd Schellenberg ingħata sentenza ta’ 15-il sena priġunerija, iżda f’Novembru li għadda qort fiċ-Ċina qalet li din is-sentenza ma kinitx biżżejjed għall-akkuża ta’ traffikar tad-droga.

Id-deċiżjoni mistennija toħloq problemi diplomatiċi bejn il-Kanda u ċ-Ċina.

“Illum bdiet issir ġustizzja ma’ familti u mal-pajjiż” – Joseph Muscat

F’diskors mill-aktar emozzjonanti, fl-istess kamra f’Kastilja fejn fl-20 t’April tas-sena l-oħra kien qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ familtu huma gidba, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat, iswed fuq l-abjad irreaġixxa għar-riżultati tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle u ta’ familtu.

Innota li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna – illum mhijiex biss konfermata iżda hija ċertifikata.

Gidba ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura mhux magħżul minnu, li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, u li ħa b’kollox 15-il xahar biex stabbilixxa l-fatti kollha sal-iċken dettall.

Stqarr li kien dispjaċut li martu Michelle ma kinitx miegħu, kif xtaqet tkun, minħabba li tinsab imsiefra b’ konnessjoni ma ħidma fil-volontarjat.

Filwaqt li rringrazzja lil uliedu, Joseph Muscat qalilhom li la ommhom u lanqas missirhom ma huma sejrin il-ħabs. Qalilhom li huwa kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u li jittama li jkunu kburin bih daqskemm hu kburi bihom.

Għotja mill-familja Dacoutros lill-Mużew Marittimu

Numru sostanzjali ta’ artefatti li kienu jifformaw parti mill-kollezzjoni personali tal-familja Dacoutros ingħataw lill-Mużew Marittimu mis-Sur John Dacoutros.

Din l-għotja tinkludi iktar minn 50 oġġett li kienu jintużaw fil-kummerċ tal-inbid kif ukoll mill-industrija marittima fil-bidu tas-seklu 20. L-għotja tinkludi diversi btieti tal-injam, fanali tar-ram, u numru ta’ għodod li kienu jintużaw waqt it-tbaħħir. Iżda l-aktar artefatt li jispikka huwa l-mudell tal-injam, Maria Dacutros.

Aqra aktar

Send this to a friend