fam – One News

Notifiki

“L-Oppożizzjoni tinjora l-fatti biex terġa’ tattakka l-armata” – il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-Intern, Beppe Fenech Adami, reġa’ rrikora għal stqarrija mgħaġġla u partiġġjana bbażata biss fuq dak li qara fil-midja soċjali. Il-Partit Laburista qal li fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista injora stqarrijiet uffiċjali li jmeru għal kollox il-konklużjonijiet tal-kelliem tiegħu, fosthom dik li xi ħadd, li allegatament għamel il-ħażin, sab xi forma ta’ protezzjoni.

Hawnhekk il-Partit Laburista rrefera l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fi stqarrija uffiċjali maħruġa mill-Forzi Armati ta’ Malta, li fiha hemm ċar iddikjarat li suldat wieħed biss li rrifjuta li jagħmel it-test għad-droga ġie mkeċċi mmedjatament mill-Forzi Armati.

“Li Beppe Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista ma jitilfux okkażjoni waħda biex jattakkaw l-armata kulħadd jafha. Ilhom snin mhedija f’attakk insensat fuq it-tmexxija tal-armata, liema attakk anke l-Qorti ġabitu fix-xejn”, saħaq il-Partit Laburista.

Intqal kif il-Forzi Armati wrew li quddiem kull tip ta’ allegazzjonijiet huma sodi favur id-dixxiplina u kif intqal mill-Forzi Armati ta’ Malta stess, jekk minn inkjesta interna dwar dan il-każ jirriżulta li hemm ħtieġa ta’ passi oħra, dawn jittieħdu.

“Beppe Fenech Adami qed juri bil-kontra. Għaliex jagħti kenn lil min l-għemil tiegħu qajjem ħafna mistoqsijiet biex jattakka lil min ħa passi kull meta ġie quddiemu aġir mhux denju ta’ membru tal-armata”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Salvat grupp ta’ 97 immigrant

97 immigrant iddaħlu Malta mill-Forzi Armati wara li kienu salvati hekk kif kellhom bżonn l-assistenza waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Huma ddaħħlu fis-06:40 tat-Tlieta filgħodu f’Xatt it-Tiben abbord id-dgħajsa tal-istess Forzi Armati ta’ Malta l-P61.

Intqal li fil-grupp hemm mara u żewġt itfal. L-immigranti għaddew għand il-Pulizija u ttieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ diversi xarabanks. Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuma u ttieħdu ritratti u l-marki tas-swaba ta’ kull immigrant, filwaqt li l-pulizija ġabret it-tagħrif dwarhom permezz ta’ intervisti.

55 SULDAT ĠDID GĦAL MAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA

Nhar l-Erbgħa li ġej se ssir il-passing out parade biex jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta, ħamsa u ħamsin suldat ġdid.

Il-preparamenti ilhom għaddejjin, u żorna l-iskola ta’ taħriġ tal-istess Forzi f’Ħal Luqa fejn stajna naraw l-impenn u d-dedikazzjoni li dawn ir-rekluti qed jitħarġu bihom.

Aqra aktar

Send this to a friend