facebook – Page 4 – One News

Notifiki

€7,000 wara li nsulta lil Joe Mizzi fuq facebook

Resident mill-Birgu li uża facebook biex insulta lill-Ministru Joe Mizzi kien ikkundannat mill-Qorti biex ħallas €7,000. Lawrence Grech, ta’ 58 sena mill-Birgu, sofra minn inkonvejent minħabba xogħlijiet fit-triq tiegħu u kien urtat li fit-triq oħra x-xogħol kien għaddej b’ritmu iktar mgħaġġel.

Aqra aktar

Facebook se jieħu azzjoni fuq tixrid ta’ materjal pornografiku – anke jekk mibgħut b’messaġġ privat

Permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tiegħu tal-Facebook, il-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg qal li Facebook se jkun qed ikolli għodda speċjali biex jiġi pprevenut milli jinxtered kontenut li jissejjaħ “revenge porn” fuq din il-pjattaforma. Dan kemm permezz ta’ post fuq il-profil tal-individwu, kemm jekk permezz ta’ messaġġ privat bejn il-ħbieb u kif ukoll anke permezz tal-pjattaforma Instagram.

Zuckerberg qal li hu qed jaħdem flimkien mat-tim tiegħu biex joħolqu komunità li tassigura li kulħadd ikun f’ambjent li jħossu sigur u dan ifisser li jinvesti f’teknoloġija u għodda li tipprevjeni milli jsir ħsara lil kwalinkwe individwu.

Aqra aktar

€5,000 għal kumment fuq Facebook

Il-Qorti tal-appell ikkonfermat il-ħtija ta’ gwardjan tal-ħabs li lura f’ Mejju tal-2016 ikkummenta b’mod offensiv fuq paġna fuq Facebook, iżda ma nstabx ħati li ħeġġeġ ir-razziżmu.

Vincent Debono, ta’ 46 sena kien immultat €5,000. Somma li l-Imħallef Edwina Grima ma sabitx eċċessiva anzi ddeskrivitha bħala minima fid-dawl li Debono ta’ kuljum jaħdem ma’ ħabsin ta’ kull razza, karnaġġjon u reliġjon- l-istess nies li kienu fil-mira tal-kumment offensiv tiegħu fuq facebook.

Jalqulha l-profil ta’ Facebook

F’messaġġ fuq Facebook l-artista żagħżugħa, Gaia Cauchi, kitbet kif se tkun qed tuża’ dan il-profil ġdid partikolari wara li xi ħadd mhux magħruf irrapportalha r-ritratti u l-filmati kollha, fejn kawża ta’ hekk Facebook għalqilha l-profil darba għal dejjem.

Gaia xtaqet twassal il-messaġġ li ma kinitx hi li ħassret lin-nies mill-profil tagħha, iżda kien il-profil tagħha li ngħalaq għal kollox. Hi qalet ukoll li dan se jkun il-profil uffiċċjali tagħha u dan se jkun il-profil ewlieni li se tkun qed tuża’ kif ukoll miegħu se tkun qed tagħmel użu mill-paġna tagħha li għandha fuq Facebook.

Aqra aktar

Send this to a friend