facebook – Page 3 – One News

Notifiki

Mistennija bidliet f’ Facebook

Mark Zuckerberg il-bniedem li ħoloq Facebook ħabbar li se jkunu qed isiru tibdiliet f’dan il-mezz soċjali u tant popolari billi l-posts minn negozji, ditti u midja se jibdew ikunu inqas prominenti.


Minflok, il-kontenut li jagħti lok għall-konversazzjonijiet bejn il-familja u l-ħbieb li jużaw is-sit se jiġi enfasizzat, spjega l-kap eżekuttiv Mark Zuckerberg fuq il-paġna tiegħu. Hu qed jirrikonoxxi wkoll il-fatt li dan il-pass kapaċi jnaqqas mill-popolarita’ ta’ ċerti organizzazzjonijiet fuq facebook.


Zuckerberg qal li bħala kumpanija rċevew bosta suġġerimenti u lmenti fejn il-kontenut ta’ facebook qed ikun aktar ta’ reklamar milli ta’ soċjalizzazzjoni u għalhekk itelfu milli l-persuni jsiru aktar viċin xulxin.


Huwa qal li hu u t-tim tiegħu ħass ir-responsabbiltà biex jiżguraw li Facebook ikun tajjeb biżżejjed għall-benessri tan-nies.

Zuckerberg tenna wkoll li b’dawn il-bidliet, il-hin li jqattghu n-nies fuq facebook kif ukoll ingaġġ iehor fuq dan is-sit se jonqos, imma qal ukoll ”Nistenna wkoll li l-ħin li tagħmel persuna fuq facebook se jkun aktar importanti u ta’ valur.”

€2,000 wara kumment libelluż fuq Facebook

Mara ġiet ordnata tħallas elfejn ewro lil Malta Yacht Charters , minħabba kumment li kitbet dwar jott ta’ din il-kumpanija fuq il-paġna “The Salott” fuq Facebook.

Fil-tlieta ta’ Awwissu tal-elfejn u tlettax, Victoria Meyer kitbet kumment fejn qalet li wieħed mis-sailing jott tal-kumpanija, bl-isem ta’ “Tia Buena” ħalla irqajja tad-drenaġġ f’Peter’s Pool. Tant, li Meyer qalet li ħabiba ġermaniza li kienet magħha spiċċat ma tiflaħx kawza tad-drenaġġ .

Aqra aktar

IL-FACEBOOK M’GĦANDUX SILENZJU

Anke jekk f’jum is-silenzju, meta wieħed jikteb opinjoni politika personali fuq il-profil jew il-paġna tiegħu fuq Facebook ma jkun qed jagħmel xejn ħażin.

Lejliet l-elezzjoni ġenerali huwa jum sinonimu ma’ dak li hu magħruf bħala jum ir-riflessjoni u f’dinja fejn il-komunikazzjoni nbidlet ħafna l-isfida għal dan hi waħda naturali.

Ħafna għandhom l-ispazju tagħhom fuq Facebook u jużawh biex sal-aħħar jibqgħu jgħaddu l-battuti politiċi. Anke jek b’rata ħafna inqas milli rajna tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali.

Aqra aktar

Facebook jeħel multa ta’ €110 miljun minħabba s-servizz tal-Whatsapp

Facebook weħel multa ta’ €110 miljun miill-Unjoni Ewropea talli pprovdied “informazzjoni mhux korretta u li tiżvijja” meta xtara s-servizz tal-Whatsapp fis-sena 2014.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Facebook kien qal li ma jistax jissinkronizza l-profili tal-pjattaforma tiegħu flimkien mal-profili tal-Whatsapp b’mod awtomatiku.

Iżda sentejn wara tnieda servizz li jagħmel propju dan.

Facebook qal li dan l-iżball kien wieħed li ma kienx intenzjonat.

ARA: Joseph Muscat u r-residenti b’messaġġ mill-Qrendi

Fit-tmien jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista sab jilqgħuh bi ħġarhom ir-residenti tal-Qrendi. Permezz ta’ facebook live il-Prim Ministru mhux biss wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk miġbura fil-pjazza, iżda tista’ tgħid lil Malta kollha.

Il-Mexxej Laburista qal li tkellem mar-residenti li min-naħa tagħhom irrimarkaw li huma sodisfatti bil-ħames prijoritajiet oħra tal-Partit Laburista li tħabbru llum, speċjalment il-proposta li jitneħħew il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet kollha tal-MATSEC u s-SEC u t-trasport b’xejn għall-istudenti kollha. Il-Prim Ministru qal li dawn huma miżuri studjati u costed u se jkunu qed jagħmlu l-ġid filwaqt li jistgħu isiru għax il-pajjiż għandu ekonomija b’saħħitha.

Iżda t-tmiem ta’ din iż-żjara ma temmiex waħdu, hekk kif dawk preżenti selmu ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin.

Aqra aktar

Multa wara botta u risposta fuq ktieb

Awtur ta’ ktieb weħel multa ta’ mitt ewro wara li bi kliemu hedded liċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri.

Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, ġie spjegat li Andrew Gerald Sciberras kiteb lil Camilleri fejn qallu li se jġagħlu jibla’ snienu minħabba li hu deherlu li ċ-Chairman għadda kummenti diskriminatorji fil-konfront ta’ pubblikazzjoni tiegħu.

Wieħed mill-kotba tal-akkużat kellu jiġi ġġudikat għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb iżda ġie allegat li ċ-Chairman tal-Kunsill kien diġà żeblaħ il-ktieb tal-akkużat permezz ta’ kummenti fuq facebook.

Aqra aktar

Facebook se jimpjega 3,000 persuna biex jiċċekkjaw il-kontenut

Wara li riċentament il-midja rrapportat kif għadd ta’ persuna ħaduha ħażin meta numru ta’ inċidenti ġew imxandra b’mod dirett fuq Facebook Live, il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg ħabbar li se jkun qed jimpjega 3,000 impjegat ġdid matul din is-sena sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-kontenut u kif ukoll ineħħu filmati li huma vjolenti.

Aqra aktar

Send this to a friend