facebook – Page 2 – One News

Notifiki

Nick Clegg b’kariga ġdida ma’ Facebook

L-Eks Deputat Prim Ministru Ingliż Nick Clegg inħatar bħala l-Aap tal-Affarijiet Globali u l-Komunikazzjoni tal-sit soċjali Facebook.  Clegg, li għandu 51 sena kien il-kap tad-Demokratiċi Liberali u fforma parti mill-Gvern ta’ koalizzjoni ma’ David Cameron u l-Konservattivi lura fl-2010.

Zuckerberg għal quddiem il-Parlament Ewropew

Il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, iżjed tard illejla se jkun fil-Parlament Ewropew għal laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u t-tmexxija tal-partiti politiċi. Il-laqgħa mistennija tibda fis-18:20 u se tinkludi lil-President u r-Rapporteur tal-Kumitat Parlamentari tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Affarijiet tal-Intern.

Aqra aktar

Ir-riżultat ma jispjegax ix-xogħol kollu li għamilna – Christabelle

Il-Kantanta Christabelle esprimiet fuq il-paġna uffiċjali tagħha li għandha ħafna għalxhiex tkun grata fosthom għall-messaġġ li wasslet dwar problemi relatati ma’ saħħa mentali.

Infatti Taboo kien isem il-kanzunetta li biha rrappreżentat lil pajjiżna lbieraħ fit-tieni semi finali fil-Portugal.

Għalkemm ma kkwalifikatx, Christabelle tat wirja spettakolari u kunfidenti tant li attirat kumment pożittivi fuq is-sit soċjali facebook kif ukoll mill-istazzjon BBC li faħħar il-prestazzjoni tal-kantanta Maltija.

Zuckerberg jiskuża ruħu

Il-Fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg ammetta li l-mezz tal-midja soċjali wettaq żbalji li wasslu biex miljuni ta’ membri tas-sit soċjali kellhom informazzjoni personali sfruttata minn konsultazzjoni politika.

Cambridge Analytica hija akkużata b’użu ħażin ta’ informazzjoni f’isem klijenti politiċi.

Fi stqarrija, Zuckerberg qal li din hija daqqa ta’ ħarta għal fiduċja fis-sit popolari facebook.

Qabel tilmenta rigward informazzjoni li ħarġet minn facebook u forsi m’għoġbitekx aqra dan

Ħafna huma dawk li jispiċċaw f’kontroversji u polemiki li għandhom x’jaqsam mas-sit popolari ta’ facebook. Dawn ikunu jirrigwardaw xi malafama, xi status li ma jintgħoġobx u anke ġieli jidher xi ritratt fuq midja u dak li jkun ma jkunx jixtiequ jidher.

Iżda tajjeb li wieħed qabel joħloq inkwiet bla bżonn u jaħli ħinu u forsi anke flusu għax ikun spiċċa qabbad xi avukat għal xi kwistjoni li ma jkollux raġun, jiftakar li dak li jitfa’ facebook, jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqu, huwa pubbliku, irrelevanti għandekx ritratt ma’ xi ex sieħeb jew sieħba, jew kontx tgħid mod u llum ieħor, kontx taqbel m’argument u llum m’għadekx. Tajjeb li qabel titfa’ xi ħaga għall-pubbliku, tkun ċert minn dak li se tesponi.

Aqra aktar dwar xi drittijiet għandek b’relazzjoni mas-sit facebook hawn: https://www.facebook.com/about/privacy

Send this to a friend