fabbrika – One News

Aġġornat: Raġel ta’ 47 sena bi ġrieħi gravi wara li waqa’ ħadid fuqu f’Ħal Far

Raġel ta’ 47 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa travu tal-ħadid fuqu f’Ħal Far.

Jidher li dan seħħ waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far, f’fabbrika tal-ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00

Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mil-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Tkompli l-azzjoni t’infurzar fuq il-fabbrika l-antika fl-Imrieħel

L-Awtorità tal-Ippjanar kompliet bl-azzjoni ta’ Infurzar fil-fabbrika l-antika mibnija f’żona barra mil-limitu tal-iżvilupp fl-Imrieħel; dan wara li fis-16 ta’ Frar li għadda, l-Qorti ċaħdet il-Mandat ta’ Inibizzjoni.

One news jinsab informat li bħalissa għaddejja ħidma bir-reqqa sabiex jiġi sseparat l-iskart b’mod partikolari l-injam minn mal-ħadid.  Malli ONE NEWS mar fuq il-post, wieħed ma setax ma jinnotax ir-riħa ta’ ħruq li kienet ġejja mill-fabbrika antika.  Sorsi fuq il-post infurmawna li nstabu numru ta’ fdalijiet tal-annimali li kienu qed ikunu ta’ detriment għall-binja kif ukoll l-akwati. Dan għall-fatt li dawn kienu qed jattiraw ħafna ġrieden u kien għalhekk li s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata wara li nħarqu l-fdalijiet..

Aqra aktar

OPERAZZJONI DIFFIĊLI: in-nirien għadhom ma ġewx kontrollati

Il-fabbrika C&V Polymers fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Far inħakmet minn nirien fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iżda minkejja li għaddew is-sigħat, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom għaddejjin b’ħidma biex jitfu dawn in-nirien. F’din il-parti tal-fabbrika kien hemm materjal għar-riċiklaġġ. Il-ħaddiema kellhom saħansitra jużaw ir-riserva tal-ilma tal-fabbrika tal-Playmobil biex ikunu jistgħu jlaħqu man-nirien filwaqt li fuq il-post dehru numru ta’ bowsers tal-ilma biex jissupplixxu lill-fire engines.

Aqra aktar

Eks-fabbrika tal-ħalib ISSA PROTETTA

L-Awtorita’ tal-Ippjanar tat status ta’ protezzjoni lill-binja tal-Amministrazzjoni tal-ex fabbrika tal-ħalib ġewwa x-Xewkija, Għawdex, bħala binja skedata fi Grad 2, inkluż il-buffer zone.

Il-binja fuq stil modernista, tas-snin ħamsin, ġiet iddisinjata mill-perit magħruf Malti, Joseph Huntingford (1926-1994), li tinsab fi Triq l-Imġarr u fi Triq il-Pitkali fix-Xewkija, Għawdex. Il-binja nnifisha hi magħmula minn elementi arkitettorali eċċezzjonali, li hi riflessjoni tal-Moviment Modernista.

Fis-snin ħamsin u l-bidu tas-sittinijiet, Huntingford kien il-perit imqabbad mill-gvern sabiex jiddisinja u jieħu ħsieb il-kostruzzjoni ta’ wħud mill-binjiet ewlenin f’Għawdex, bħall-fabbrika tal-ħalib fix-Xewkija, kif ukoll skejjel tal-gvern, bħall-iskola tal-Primarja fil-Qala, li jingħad li hi waħda mill-aqwa eżemplari ta’ arkitettura moderna fuq il-ġzira.

Aqra aktar