ezekuttiv – One News

Notifiki

Jiġi deċiż liema distretti se jċedu l-kandidati li ġew eletti fuq żewġ distretti

L-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ddeċieda liema distretti se jkunu qed iċedu l-kandidati tal-Partit Laburista li ġew eletti fuq żewġ distretti.

B’kollox hemm seba’ kandidati li ġew eletti fuq żewġ distretti li jinkludu lill-Prim Ministru Joseph Muscat li ġie elett fuq it-tieni u l-ħames distrett, Helena Dalli li ġiet eletta fuq it-tieni u t-tielet distrett, Chris Fearne li ġie elett fuq it-tielet u r-raba’ distrett, Silvio Schembri li ġie elett fuq is-sitt u s-seba’ distrett, Edward Scicluna li ġie elett fuq is-seba’ u t-tmien distrett, Evarist Bartolo fuq l-għaxar u t-tnax-il distrett u Michael Falzon fuq id-disa’ u l-għaxar distrett.

Aqra aktar

Send this to a friend