eżamijiet – One News

Notifiki

L-eżamijiet għal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta

B’effett immedjat, l-eżamijiet tal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta. Dan hekk kif l-Awtorita’ se tkun qed tassumi l-irwol ta’ ċentru tal-eżamijiet u b’hekk ser tkun qed tamministra l-proċeduri amministrattivi kollha. Filwaqt li Transport Malta tirringrazzja lill-MCAST tas-servizz tagħhom tul dawn l-aħħar snin, l-Awtorità tinforma lill-pubbliku li l-MCAST mhux ser tibqa’ taċċetta dawn l-applikazzjonijiet. Aqra aktar

Is-servizzi nazzjonali offruti mid-Dipartiment tal-Eżamijiet rikonoxxuti li huma ta’ livell għoli u korporattiv

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għadu kif sar membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Assessjar Edukattiv – International Association for Educational Assessment (IAEA). Dan ifisser li s-servizzi nazzjonali offruti mid-Dipartiment tal-Eżamijiet ġew rikonoxxuti li huma ta’ livell għoli u korporattiv, b’mod partikolari fl-amministrazzjoni ta’ eżamijiet pubbliċi u nazzjonali. L-affiljazzjoni tad-Dipartiment tal-Eżamijiet f’din l-Assoċjazzjoni trid tiġġedded fuq bażi annwali, u dan sabiex ikun żgurat li jibqgħu jinżammu l-ogħla standards nazzjonali ta’ prattika fl-assessjar edukattiv f’livelli u kuntesti differenti. Aqra aktar

Send this to a friend