ewtanazja – One News

Notifiki

69% tal-istudenti jaqblu mal-ewtanażja, il-Gvern u l-Oppożizzjoni le

 

Il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia u l-kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ilbieraħ filgħaxija irraffermaw li ż-żewġ partiti rispettivi huma kontra l-ewtanazja u l-abort u saħqu li l-valur tal-ħajja gġandu dejjem jiġi mħares u rispettat, għax dan hu sagrosant.

Fl-aħħar laqgħa tiegħu dwar l-ewtanazja, l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, semgħu lill-president ta’ ALS Malta, Bjorn Formosa, lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, lill-Għaqda Studenti tal-Liġi, u lill-Kunsill Mediku.

Aqra aktar

L-Imam jgħid tiegħu fuq l-ewtanażja

L-Iżlam huwa kontra l-ewtanasja u s-suwiċidju għax jikkonsidrawhom bħala dnubiet mejta li huma kontra l-liġi  u li min jagħmilhom jiġi kundannat minn Allah fil-ħajja l-oħra.

Dan qalu llejla l-Imam Mohamed El Sadi meta indirizza laqgħa konġunta tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa li komplew id-diskussjoni dwar l-ewtanasja f’pajjiżna.

L-Imam qal li dan joħroġ mill-ħsieb teoloġiku li r-ruħ mhix tal-bniedem u l-ħajja u l-mewt tagħha huma f’idejn Allah.

Aqra aktar

Il-maġġoranza tat-tobba Maltin kontra l-ewtanażija

Maġġoranza kbira ta’ 90.2% tat-tobba regġistrati f’Malta huma kontra l-introduzzjoni tal-ewtanażija.

Meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, Dr Jurgen Abela, li huwa lettur amnzjan fl-Università, qal li dan joħroġ minn stħarriġ li għamlu riċerkaturi mill-Malta Medical Journal.

Fis-survey ħadu sehem 39.3% ta’ 1,007 tabib. Minnu ħareġ ukoll li 11.9% tat-tobba kellu talbiet minn pazjenti li kellhom mard terminali biex itgemmu ħajjithom. Fl-ewropa, talbiet bħal dawn ilaħħqu bejn 34 u 71%.Aqra aktar

L-ewwel minuri fil-Belġju li għażel l-ewtanażja

Persuna taħt l-età b’marda terminali saret l-ewwel waħda fil-Belġju li ngħatat l-għajnuna biex tmut, wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-età għall-ewtanażja fil-Belġu sentejn ilu.

Il-kap ta’ kummissjoni dwar l-ewtanażja ikkonferma l-każ, iżda ma provda ebda dettall ieħor.

Il-Belġju huwa l-unika pajjiż li jippermetti minuri ta’ kwalunkwe età li jagħżlu l-ewtanażja. L-Olanda tippermetti l-ewtanażja minn 12-il sena ‘l fuq.

Irid ikollhom biss abiltà li jieħdu deċiżjoni konxja u jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-marda terminali tagħhom. Irid ikollhom ukoll il-kunsens tal-ġenituri.

 

 

Titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex żewġha jmut meta jagħżel hu

Petizzjoni fuq is-sit change.org inkitbet minn Marlene Magro, f’isem żewġha Joe. Fiha bil-ħniena talbet lill-parlamentari Maltin sabiex jilqgħu t-talba li f’Malta tkun legalizzata il-mewt assistita.

Marlene kitbet hekk, fl-introduzzjoni tal-petizzjoni li s’issa qabżet il-mitejn persuna jappoġjawha:

“Qed nikteb f’ismhu għaliex minħabba l-kundizzjoni tiegħu Joe diġà ma jistax jikteb bħalma ma jistax jagħmel diversi affarijiet oħra li kien jagħmel ta’ kuljum. Joe filfatt isofri mill-ALS li hija marda deġenerattiva u minħabba fiha wieħed jispiċċa pparalizzat, xi ħaga li Joe jibża’ ħafna minnha.

Kemm jiena u t-tfal, kif ukoll familjari oħra nifmuh għax ħadd minna ma jixtieq jispiċċa f’dik is-sitwazzjoni. Joe dejjem jinsisti magħna li qabel ma jasal f’dik l-estremità, jekk ma tkunx introdotta liġi dwar il-mewt assistita, ma tibqalux għażla oħra ħlief li jara kif se jagħmel suwiċidju, xi ħaga li tbeżżani mhux ftit għax naf li kieku ma nkunx nista’ ngħix bi kwieti kull meta naħseb li seta’ jgħix aktar fit-tul u b’kulħadd madwaru, u li mewtu kienet mewta dinjituża fis-sliem u l-ġabra tal-familja.

Permezz tal-introduzzjoni tal-mewt assistita Joe ikun jista’ jgħix trankwillament għal aktar żmien.”

Tenniet għaldaqstant it-talba tagħna sabiex il-parlamentari Maltin jintroduċu u jaddottaw liġi dwar il-mewt assistita, “sabiex Joe ikollu moħħu mistrieħ li jekk jiġi bżonn din l-assistenza, ikollu lil min jgħinu”.

Aqra aktar hawn.

Send this to a friend