Evarist Bartolo – Page 6 – One News

Notifiki

Ħidma sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema; Att tal-Edukazzjoni ġdid

Fi stqarrija l-Ministeru għall-edukazzjoni u x-xogħol qal li l-ewwel impenn tal-Gvern hu li jassigura titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema. Dan ġie rifless ukoll fid-diskors tal-baġit ibbażat fuq il-manifest elettorali tal-Gvern.

Il-Gvern u l-union tal-għalliema qegħdin jaħdmu fuq pjan biex dawn il-kundizzjonijiet jitjiebu permezz ta’ negozjati għal ftehim settorali ġdid.Aqra aktar

61,867 jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol f’erba’ snin

Il-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo qal fil-Parlament li fl-aħħar erba’ snin 61,867 persuna inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol fil-Part 1. Fost dawn kien hemm 2,734 li instabu jaħdmu u jirreġistraw jew irrifjutaw  opportunità ta’ xogħol u taħriġ.

Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru nazzjonalista Therese Comodini Cachia.

Tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra din tabella li turi kif inqatgħu dawk li kienu qed jirreġistraw għal diversi raġunijiet:Aqra aktar

Studenti li ma jaqrawx fis-Sajf jitilfu l-benefiċċji ta’ madwar xahrejn tagħlim

  • L-istudenti li jieħdu gost jaqraw imorru aħjar fl-iskola minn dawk li ma jaqrawx
  • L-istudenti li ma jaqrawx fis-Sajf jitilfu l-benefiċċji ta’ madwar xahrejn tagħlim li jkunu ħadu mill-iskola
  • L-istudenti li tul is-snin tal-edukazzjoni primarja tagħhom ma jmissux ktieb bi jdejhom fis-sajf sal-aħħar tal-Primarja jaqgħu lura b’sentejn fiż-żamma ta’ dak li jkunu tgħallmu meta mqabbla ma’ studenti li jaqraw

Dawn huma uħud mill-punti li ħarġu minn riċerka li saret dwar it-tfal u l-Qari. Liema riċerka saret referenza għaliha fit-tnedija tat-tielet edizzjoni tal-kampanja Aqra fis-Sajf.

Kampanja li qed issir bi sħab bejn l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, l-entità libreriji Maltin, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, it-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti u d-Direttorati tal-Edukazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Aqra aktar

180 student itemmu b’suċċess il-korsijiet ta’ tagħlim alternattiv

180 student u studenta temmew b’suċċess il-korsijiet rispettivi tagħhom tal-Programm Edukattiv Alternattiv (ALP).

Fiċ-ċerimonja, il-Ministru Bartolo qal li l-programm tal-ALP qed iħalli l-frott u l-istudenti qed jirċievu taħriġ vokazzjonali f’diversi suġġetti bħal: inġinerija, welding, ħarsien tat-tfal u tal-anzjani, hairdressing, arti u media.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Evarist Bartolo jirbaħ żewġ libelli kontra l-midja Nazzjonalista

Il-ġurnal “In-Nazzjon” instab ħati t’artiklu libelluż u malafamanti fil-konfront tal-Ministru Evarist Bartolo; u ġie kkundannat iħallas is-somma t’elfejn ewro.

L-artiklu bit-titlu “X’qalilna l-għasfur”, li deher fil-ħarġa tal-Ħamis erbgħa u għoxrin t’Ottubru tal-elfejn u tlettax, tratta kwistjonijiet relatati mal-operat tal-Gvern u persuni involuti fl-istess Gvern.

L-artiklu ssuġġerixxa li numru ta’ studenti Universitarji kienu qed jaffaċċjaw problemi relatati mal-istipendju u l-iSmart Cards.

Aqra aktar

Il-Ministru Evarist Bartolo jwieġeb lill-ġurnalist Ivan Camilleri

Il-Ministru Evarist Bartolo kiteb li kif mistenni, fl-aħħar jiem tal-kampanja elettorali, il-ġurnalist Ivan Camilleri ta’ The Times qed jerġa’ jipprova jħammġu billi jibni storja dwar xogħol li sar fuq il-bejt tal-maisonette tiegħu, erba’ snin ilu.

“Se nwiegbu b’mod pubbliku għax meta wegibt lilu, għawwiġli dak li għedt kif jaqbillu” qal il-Ministru. Spjega li l-fatti huma dawn:

Aqra aktar

500 student bdew igawdu minn skola tal-aqwa livell

Il-Ministru Evarist Bartolo żar l-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, li għandha facilitajiet ġodda u tal-ogħla kwalità. Din tilqa’ madwar 500 student.

It-tfal tal iskola stess dawru lill-Ministru fl-inħawi l-ġodda tal-iskola. Il-proġett jinkludi klassijiet, laboratorji għal suġġetti varji ta’ xjenza u ICT, librerija, faċilitajiet għall-għalliema, sala kbira, mużew u sala tal-istorja li tħares fuq sejbiet arkeoloġiċi li nstabu fuq il-post u żewġ faċilitajiet sportivi fuq barra.

Barra minn hekk, inbniet triq mad-dawra tal-iskola u sub-station għall-elettriku li issa ingħadda f’idejn il-Korporazzjoni Enemalta.

Skola mudell tal-proposti tal-Partit Laburista

Il-viżjoni tal-Partit Laburista fis-settur edukattiv speċjalment fejn jidħlu l-iskejjel, kienet riflessa fi żjara li l-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg għamlu fil-Kulleġġ San Nikola Skola Sekondarja Ħad-Dingli.

Skola li bħala parti minn investiment ta’ €55 miljun għal bini ta’ skejjel ġodda u rinovar f’dawk eżistenti, din is-sena skolastika bdiet tilqa’ 320 student u studenta ta’ bejn it-tlettax u s-sittax –il sena.

Kull klassi hija mgħammra b’interactive flat panels, kompjuters moderni, b’arja kkundizzjonata u b’riżorsi relatati mas-suġġetti differenti biex ikunu użati waqt il-lezzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend