Evarist Bartolo – Page 5 – One News

Notifiki

€120,000 għal boroż ta’ studju fil-kamp sportiv

Il-Ministeru għall-edukazzjoni nhieda l-iskema ta’ boroż ta’ studju għal dawk li qed jipparteċipaw f’xi dixxiplina fl-isport.

Il-gvern qed jallokka €120,000 għal din il-borża ta’ studju. Din hija s-seba’ edizzjoni li l-gvern ħareġ din is-sejħa. Mill-2012 ibbenefikaw 82 sportiv.

Aqra aktar

Skema ġdida ta’ boroż ta’ studju immirati lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji.

Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, Malta tikkwalifika mal-aqwa 50 pajjiż. Dan ħareġ fir-Rapport Kompetittiva Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji 2015-2016. Fil-fatt, Malta tinsab fil-25 post  fid-dinja għad-disponibbiltà tas-servizzi finanzjarji tagħha, fit-23 post għall-affordabbiltà tas-servizzi finanzjarji u fit-33 post għall-finanzjament permezz tas-suq ta’ ekwità lokali. Minkejja li huwa l-iżgħar stat membru tal-UE, Malta tiddistingwi ruħha f’dan is-settur.

Dan is-settur qed jiffaċċja diffikultajiet biex jimtlew postijiet battala f’każijiet speċifiċi, fuq il-livelli diversi kemm dawk professjonali, tekniċi u ħiliet prattiċi. L-iskema tal-boroż ta’ studju għandha l-għan li tindirizza dan, permezz ta’ taħriġ speċjalizzat f’diversi oqsma ta’ servizzi finanzjarji.

Aqra aktar

Investiment ta’ €40 miljun fit-teknoloġija fis-Servizz Pubbliku

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, ħabbar li fit-tliet snin li ġejjin se tkun qed tintefaq is-somma ta’ €40 miljun biex is-Servizz Pubbliku jagħmel investiment qawwi fit-teknoloġija. L-għan ewlieni ta’ dan l-investiment huwa li jitneħħew is-silos fis-Servizz Pubbliku billi d-databases tal-Ministeri ma jibqgħux iżolati u jkun hemm trasferiment aktar faċli ta’ informazzjoni bejn id-dipartimenti.

Is-Sur Cutajar qal li tradizzjonalment is-Servizz Pubbliku jaħdem b’sistema ta’ silos, fejn kull dipartiment jaħdem maqtugħ mill-bqija. Dan l-iżolament ixekkel is-servizz u huwa għalhekk li qed isir investiment ta’ €40 miljun fit-teknoloġija, qal is-Sur Cutajar filwaqt li semma kif nofs din is-somma se tkun ġejja minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

21 social worker fl-iskejjel tal-Gvern

21 social worker inklużSenior Social Worker jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern. Dan qalu l-Ministru Evarist Bartolo meta wieġeb għall-mistoqsija parlamentari ta’ Therese Comodini Cachia.
Fil-preżent dawn is-social workers qed isegwu 352 student tal-primarja u 390 student tas-sekondarja.
In-numru ta’ social workers li huma ingaġġati b’każijiet fl-iskejjel tal-Knisja huwa 10 u qiegħdin isegwu 208 każ.

L-AUM qed tonora l-obbligi tagħha

L-Università Amerikana ta’ Clemson issottomettiet l-ewwel rapport preliminari tagħha dwar l-American University of Malta u iktar tard din is-sena se tkun qed tressaq l-ewwel rapport annwali tagħha dwar din l-Università.

Dan skont il-kundizzjonijiet li għandha l-AUM biex topera bħala Università f’pajjiżna. Kundizzjonijiet li jirriżultaw mil-liċenzja li tat il-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE). Fil-fatt meta ingħatat il-liċenzja, intqal li l-assoċċjazzjoni ma’ universitajiet Amerikani kienet kruċjali għal din l-Università biex ingħatat il-liċenzja f’pajjiżna.

Clemson University hija waħda mill-iktar universitajiet pubbliċi selettivi fl-Istati Uniti u kienet imniżżla bħala l-21 fil-lista tal-aqwa universitajiet mill-U.S News & World Report. Unuri oħra ngħataw f’magazines bħal Kipinger u SmartMoney.

Clemson hija ffukata fuq ix-xjenza u l-inġinerija b’enfasi fuq ir-riċerka, it-tagħlim u s-servizzi. Imwaqqfa fl-1889, l-Università tiftaħar bl-impenn għal riċerka ta’ klassi mondjali u tgħid li minn stħarriġ li sar 92% tal-gradwati tagħha jgħidu li jerġgħu jagħżlu lilha bħala istituzzjoni ta’ tagħlim.

Aqra aktar

Jitniehda CURIO: għodda ta’ tagħlim għat-trawwim ta’ kurżità xjentifika

Il-proġett deskritt bħala ‘Għodda ta’ Tagħlim għat-Trawwim ta’ Kurżità Xjentifika’ fuq medda ta’ tliet snin fl-isem CURIO ġie mniedi dalgħodu fuq il-Kampus tal-Universita’ ta’ Malta fil-Belt Valletta. Dan il-proġett li l-għan tiegħu hu li jimpenja lill-istudenti u jistimula l-kurżità dwar temi xjentifiċi fil-livell elementari u dak tal-ewwel snin tal iskola sekondarja. huwa programm iffinanzjat mill-Erasmus +.

Aqra aktar

Iħaddmu d-doppju tal-persuni b’diżabilità

F’tentattiv biex iktar persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, fl-aħħar snin il-Gvern daħħal fis-seħħ il-liġi li kienet hemm is-snin, iżda qatt ma kienet infurzata biex tnejn fil-mija tal-ħaddiema jkunu persuni b’diżabilità.

Il-fabbrika Mettalform, f’Ħal Far li tħaddem mitejn u disgħin ħaddiem marret pass aktar minn hekk u qed tħaddem ħdax-il persuna b’diżabilità, jiġifieri kważi d-doppju ta’ dak stipulat bil-liġi.

Il-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qalu li din il-fabbrika għandha sservi ta’ eżempju għal kumpaniji oħrajn, minħabba li qed tgħaqqad is-suċċess ekonomiku, ma’ dak soċjali.

Aqra aktar

Ftehim li jaħseb biex itejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti

Il-ftehim milħuq mal-Union tal-Għalliema mexa fuq l-istess parametri u prinċipji li ftehim settorjali oħra mxew fuqhom f’dawn l-aħħar snin. Dan il-ftehim huwa wieħed pożittiv għaliex se jżied l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-edukaturi, jiftaħ toroq ġodda għall-karriera u jsaħħaħ il-pakkett finanzjarju tal-istess edukaturi.

Ta’ min ifakkar li f’dawn l-aħħar għaxra-ħmistax-il sena, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli. Tant hu hekk li kienu tħallew fil-qiegħa tal-professjonijiet kollha tal-ħaddiema pubbliċi.

Aqra aktar

Send this to a friend