Evarist Bartolo – Page 4 – One News

Notifiki

Iffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u l-istitut tal-edukazzjoni

Ftehim bejn il-Kulleġġ Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u l-istitut tal-edukazzjoni se jwassal biex l-istudenti maltin jingħataw tgħallim aħjar u prattiku fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.

L-impjegati tal-Esplora se jingħataw taħriġ mill-istitut tal-edukazzjoni dwar kif jistgħu joffri spjegazzjoni aħjar lil dawk li jiġu jżuru l-Esplora.

Il-ftehim se jkun għal tlett snin u t-taħriġ se jingħata lil madwar tlettin ħaddiem tal-Esplora.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal li dan il-ftehim huwa wieħed importanti hekk kif il-ħaddiema tal-Esplora se jkun aktar infurmati kif iwasslu l-messaġġ.

Il-ftehim se jwassal ukoll biex l-għalliema tal-kimika, bijoloġija, u l-fiżika, jersqu lejn l-Esplora u juzaw l-faċilitajiet tagħhom.

Sabiex fil-prattika l-istudenti jitgħallmu dawn l-istudenti b’mod aħjar u jużaw il-faċilitajiet tal-esplora.

Joanne Grima, il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Edukazzjoni qalet li “dan huwa ftehim importanti għaliex jistgħu jintużaw ir-riżorsi tal-Esplora għal taħriġ fil-prattika”.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li edukazzjoni tajba tgħaqqad dak li jiġri fl-iskola u f’postijiet bħall-Esplora. Fisser din il-kollaborazzjoni bħala waħda importanti għal soċjetà aktar demokratika u formata.

Qal li għandna bżonn aktar żgħażagħ jagħżlu suġġetti tax-xjenza, teknoloġija u arti.

WASAL BIEX JIBDA L-KURRIKULU L-ĠDID

Settembru li ġej mhux biss se jkun ifisser sena skolastika ġdida iżda se jkun ifisser ukoll kurrikulu ġdid għall-istudenti fi tliet snin partikolari. Dan hekk kif wara snin ta’ tħejjija u konsultazzjoni issa wasal iż-żmien li dak imfassal jibda jidħol fil-prattika bil-għan li l-istudenti jibda jkollhom esperjenza ta’ tagħlim iktar kompleta bil-mira li iktar tfal jirnexxu.

Aqra aktar

PwC TKABBAR L-OPERAT TAGĦHA F’MALTA

Tħabbret l-espansjoni tal-bini tal-kumpanija rinomata Price WaterhouseCoopers li ser twassal għal spazju miftuħ ta’ 2000 metru kwadru.  Kumpanija li bdiet bis-settur tal-awditjar, u llum il-ġurnata iddiversifikat f’numru ta’ servizzi fosthom dawk ta’ assigurazzjoni, legali u taxxa,  kif ukoll timpjega total ta’ 650 ruħ.

Aqra aktar

Il-Malti u l-inklużjoni—biex iżjed tfal u żgħażagħ jiksbu l-ħiliet biex iħaddmu Malti tajjeb

Il-proposti li ressaq ftit ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol favur il-lingwa Maltija tfasslu speċifikament biex jilħqu iżjed lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li matul is-snin tħallew jaqgħu lura.

Il-Ministeru qed jiddeċiedi favur it-tisħiħ tat-tagħlim tal-Malti u biex aktar studenti jiksbu l-ħiliet neċessarji fit-tħaddim tajjeb tal-Malti.

Aqra aktar

HW, Malti u lbies

Huma żmien ta’ bidliet fis-settur edukattiv. Bidliet li ilhom mistennija u oħrajn li jqajmu diskussjoni. Biex nifhmu aħjar il-gazzetta Kullħadd tkellmet mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Aqra aktar

Send this to a friend