Evarist Bartolo – Page 15 – One News

Notifiki

Teknoloġija għal dawk neqsin mid-dawl

Il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija (FITA) tinsab f’pożizzjoni li toffri prodotti teknoloġiċi lil nies neqsin mid-dawl. Dan l-apparat jinkludi alternattivi għal keyboard u mouse, iżda anke apparat għat-tisjijr bħal dawk li jintużaw għall-kejl bl-użin u apparat li jżomm il-ħin.

Aqra aktar

Natura u qari

Bis-saħħa ta’ inizjattiva ta’ studenti u għalliema,  l-Iskola Sekondarja tal-Blata l-Bajda għandha ġnien għall-qari.

Dan inħoloq taħt il-programm Dinja Waħda, li l-għan prinċipali tiegħu hu li jqarreb lit-tfal lejn in-natura.

‘Ġnien il-Qari’ kien inawgurat dalgħodu mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x- Xogħol Evarist Bartolo, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Kap tal- Iskola, fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’ BirdLife Malta.

Aqra aktar

Investiment ta’ €40,000 fl-iskola primarja f’tal-Pietà

 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo inawgura fergħa ġdida fl-iskola primarja tal-Pietà b’investiment li jammonta għal €40,000.

Dawn ix-xogħolijiet jinkludu għadd ta’ klassijiet ġodda, fosthom waħda għat-tagħlim tal-mużika u oħra fejn l-istudenti se jkunu jistgħu jesprimu aktar ruħhom permezz tal-arti.

Aqra aktar

Minn ETC għal Jobsplus

F’Marzu ta’din is-sena, l-għadd ta’ nies bla xogħol kien ta’ 4,033 jew 32 % inqas minn Marzu tas-sena li għaddiet. Il-Gvern Laburista fl-2013 wiret madwar 7350 persuna qegħda, li huwa 82% aktar minn dawk qegħda llum.

Meta kien qed jintroduċi t-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar is-servizzi ta’ impieg u taħriġ, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li dan l-abbozz ibiddel in-nomenklatura tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ, l-ETC, għal “Jobsplus”

Aqra aktar

Evarist Bartolo mhux se jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Fuq is-sit soċjali tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo qal li mhux se jkun qed jikkontesta għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

“Nemmen li l-aħjar mod kif naħdem għall-ideal tal-ġustizzja soċjali, tal-inklużjoni, tal-progress ekonomiku u tad-drittijiet huwa li nkompli nservi mill-aħjar li nista’ fix-xogħol u responsabilitajiet li għandi bħalissa,” qal il-Ministru Bartolo.

Ftehim storiku għall-persuni b’diżabilità

L-impenn tal-Gvern u xhur ta’ diskussjonijiet waslu biex ikun iffirmat ftehim dwar l-impjiegi tal-persuni b’diżabbiltà.

Dan il-ftehim kien iffirmat bejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem. Il-partijiet involuti ftehmu dwar 13–il punt, fosthom dwar il-multi li jkunu imposti għal min ma jonorax l-obbligu ta’ 2% ta’ impjiegi għall-persuna b’diżabilità.

Aqra aktar

Żieda sostanzjali fil-Learning Support Assistants

Fl-aħħar ħames snin, in-numru ta’ learning support assistants fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex żdied b’aktar minn ħames mitt persuna.

Fil-fatt, minn 1660 learning support assistants fl-2011, in-numru ta’ professjonisti jgħinu fit-tagħlim fl-iskejjel tagħna tela’ għal 2171.

Dan joħroġ minn tweġiba Parlamentari tal-Minisru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, f’konferma oħra li mit-tkabbir ekonomiku bla preċedent qed igawdi kulħadd.

Jirriżulta li l-learning support assistants żdiedu kemm fil-livell primarju, u kif ukoll dak sekondarju. Waqt li llum fl-iskejjel primarji hemm 1810 tifel u tifla assistiti minn LSA fl-ewwel passi tagħhom, fl-iskejjel sekondarji hemm 800, 88 oħra sostnuti fl-iżvilupp akkademiku minn LSA.

Dan b’investiment sostanzjali mill-Gvern Ċentrali, li impenja ruħu lejn il-ġenerazzjonijiet futuri biex pajjiżna jistrieħ fuq sisien sodi.

Kien għalhekk li lil’hinn mill-bini ta’ skejjel ġodda; fosthom dik f’Ħad Dingli; il-Gvern kompla jinvesti fl-għalliema bi tqassim ta’ laptops ġodda, waqt li nieda l-proġett tat-tablet per child. L-investiment bla preċedent fl-Università, l-iskola medika Barts f’Għawdex, u l-proġett tal-Università Amerikana huma eżempji oħra ta’ kif pajjiżna miexi ‘l quddiem.

Dan kollu huwa xhieda oħra li t-tkabbir ekonomiku m’huwiex biss lingwaġġ politiku li jidher fuq il-karta, iżda realtà soċjali li qed toħloq il-ġid. Ġid li ma jħarisx lejn ilwien partiġjani, u li minnu qed igawdi l-poplu Malti u Għawdix kollu, bla ebda distinzjoni.

 

 

Send this to a friend