Eurovision – One News

Notifiki

B’farrett f’wiċċu wara li waqgħet bozza waqt li kien qed ikanta dirett fuq it-televiżjoni

Preżentatur fis-Slovenja spiċċa b’farrett f’wiċċu hekk kif waqt li kien qed ikanta waqgħet bozza bajda fuqu. Dan kollu ġara dirett fuq l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż RTV SLO waqt il-festival EMA li għażel il-kanzunetta tal-pajjiż għall-Eurovision Song Contest.

Klemen Slakonja kien qed jinterpreta l-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision tas-sena l-oħra ‘Arcade’ meta f’daqqa waħda waqgħet bozza kbira mdendla mas-saqaf. Il-kantant kien bilqiegħda fuq banketta jdoqq il-pjanu.

Wara dan l-inċident, ix-xandira waqfet għal ftit imbagħad kollox kompla kif pjanat wara li sar magħruf li Slakonja ndarab ħafif. Il-kanzunetta rebbieħa tal-Olanda tas-sena l-oħra kienet interpretata minn Duncan Laurence u huwa wkoll kien kanta bilqiegħda fuq il-pjanu, b’bozza bajda tixgħel imdendla.

“Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta’ Michela”- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision

Jidher li ntlaqgħet tajjeb il-kanzunetta li biha l-kantanta Maltija Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ Mejju li ġej f’Tel Aviv tant li f’inqas minn 24 siegħa mindu ġie ppubblikat il-video tal-kazunetta Chameleon, kienu kważi 300,000 ruħ  li rawh fuq you tube.Aqra aktar

Tel Aviv il-belt magħżula biex tilqa’ l-Eurovision 2019

Tel Aviv hija l-belt li se tilqa’ l-Eurovision Song Contest li ġej.

Wara stennija twila ta’ ġimgħat li fihom kienet qed tikber l-inċertezza dwar fejn se jsir il-Eurovision Song Contest, l-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv nhar l-14, is-16 u t-18 ta’ Mejju li ġej.

Kien hemm mistoqsijiet kbar dwar id-data tal-finali tal-Eurovision hekk kif ġimgħa wara, diversi pajjiżi parteċipanti fil-Eurovision se jkunu għaddejin bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Send this to a friend