Eurovision Song Contest 2020 – One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa’ ma’ Destiny Chukunyere

“Destiny, inti tagħmilna kburin”. Dan kien il-kliem ta’ awguri mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-PBS, hekk kif dalgħodu laqa’ lill-kantanta rebbieħa ta’ Xfactor Malta Destiny Chukunyere. Il-Ministru Abela feraħ lil Destiny tat-talent żviluppat mużikali tagħha u lill-PBS tar-rwol importanti li kellhom ta’ kif inħareġ il-prodott tal-Xfactor Malta fuq it-televiżjoni, li jipprovdi lill-kantanti Maltin u Għawdxin opportunità li jesebixxu t-talent tagħhom’ f’ambjent professjonali. Aqra aktar

Malta se tipparteċipa fl-ewwel semi-finali tal-Eurovision

Malta se tkun qed tipparteċipa fit-tieni nofs tas-semi-finali li se jsir fit-12 ta’ Mejju li ġej f’Rotterdam, l-Olanda.

Ma’ Malta se jipparteċipaw 16-il pajjiż ieħor, b’dawk li jiġu mal-ewwel għaxra jgħaddu għas-serata finali tas-Sibt 16 ta’ Mejju.

Din hija l-ewwel darba sa mill-2016 li Malta se tkun qed tkanta fl-ewwel serata tal-Eurovision.

Ma’ Malta se jikkompetu; Maċedonja ta’ Fuq, Belarus, Litwanja, Svezja, Slovenja, Awstralja, Irlanda, Russja, Norveġja, Ċipru, Kroazja, Ażerbajġan, Iżrael, Ukrajna, Rumanija u Belġju.

Fit-tieni semi-finali se jikkompetu; Awstrija, Moldova, Polonja, San Marino, Serbja, Iżlanda, Repubblika Ċeka, Greċja, Estonja, Danimarka, Bulgarija Svizzera, Finlandja, Armenja, Latvja, Ġorġja, Portugall u Albanija.

Is-sitt finalisti se jivvutaw kif ġej;

Fl-ewwel semi-finali: Italja, Ġermanja u l-Olanda.

Fit-tieni semi-finali: Franza, ir-Renju Unit u Spanja.

Send this to a friend