Il-Kummissarju Reynders jgħid lill-aħwa Degiorgio li jekk għandhom xi informazzjoni jgħadduha lill-Europol

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders talab lill-aħwa Degiorgio, mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li jekk għandhom xi informazzjoni dwar l-omiċidju, jgħadduha lill-Europol.

Reynders wieġeb għall-ittra li bagħtu George u Alfred Degiorgio, permezz tal-avukat tagħhom, u qalilhom li l-Europol hija l-aġenzija tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea li hija involuta fl-investigazzjonijiet tal-qtil ta’ Caruana Galizia, flimkien mal-pulizija Maltija.

Fl-ittra, George u Alfred Degiorgio tkellmu fuq it-talba tagħhom għall-maħfra Presidenzjali u permezz tal-Avukat tagħhom, allegaw li l-Gvern għandu kunflitt ta’ interess.

L-aħwa Degiorgio allegaw li l-eks Ministru Chris Cardona u l-Ministru Carmelo Abela huma implikati f’każijiet kriminali.

It-talba għall-proklama tal-aħwa Degiorgio, kienet ġiet miċħuda u lbieraħ, waqt li kien qed jixhed Vince Muscat, intqal kif George Degiorgio dejjem xtaq li jmorru għall-bomba biex tinqatel Caruana Galizia.

B’rabta ma’ dan il-qtil, hemm mixlija wkoll wieħed mill-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella.

Huma ġew mixlija li fornew il-bomba.

Apparti minn hekk, fl-iżbarra hemm Yorgen Fenech, bħala s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Fl-aħħar xhur, meta ma kienx hemm talba pendenti għall-maħfra min-naħa ta’ Fenech, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien qal li lest jagħti l-maħfra lill-allegat moħħ wara l-qtil.

Il-Pulizija Maltija b’sehem f’investigazzjoni kbira tal-Europol – arrestat Malti ta’ 17-il sena fuq hacking ta’ ċelebritajiet

Żagħżugħ Malti ta’ 17-il sena huwa fost għaxar persuni li ġew arrestati f’investigazzjoni internazzjonali massiċċa li ġiet ikkordinata mill-Europol, u li fiha ħa sehem fost l-oħrajn il-Korp tal-Pulizija Malti. Dawn l-għaxar persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serje ta’ attakki virtwali fuq persuni ta’ profil għoli u ċelebritajiet fl-Istati Uniti, u l-Pulizija mir-Renju Unit, mill-Belġju, mill-Kanada u l-Istati Uniti stess, wkoll kellha irwol f’din l-investigazzjoni.Aqra aktar

Jixhdu t-tliet esperti tal-Europol fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech

Tliet esperti tal-Europol ippreżentaw id-data miġbura mill-apparat mill-appartamenti u dgħajsa ta’ Yorgen Fenech.  Dan waqt seduta oħra mill-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

It-tliet esperti ppreżentaw żewġ hardrives b’data identika b’erba’ terabytes ta’ data miġbura minn apparat teknoloġiku solevat fl-investigazzjoni.  Huma ppreżentaw fil-Qorti diversi rapporti differenti b’elenku ta’ apparat li minnhom ġiet solevata data li tista’ tkun relevanti għall-każ.

Aqra aktar

Il-PM dejjem insista li l-Europol jibqgħu involuti


“Il-Prim Ministru dejjem qalilna – sabiex nieħdu l-azzjonijiet kollha li ridu aħna u li hemm bzonn, u make sure li l-Europol dejjem ikunu involuti.” 

Iddikjara dan l-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji l-Ispettur Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

Send this to a friend