Notifiki

Iqum rebus fuq il-flokk tal-futbol tal-Ukrajna għall-Kampjonat Ewropew

Il-Federazzjoni tal-futbol Russa fetħet ilment quddiem il-UEFA, tlett ijiem qabel jibda l-Kampjonat Ewropew tal-EURO fuq il-flokk tat-tim tal-Ukrajna.

L-Ukrajna se jkunu qed jilagħbu bi flokk isfar u faxx blu, il-kuluri tal-bandiera tal-pajjiż iżda b’mappa fuq quddiem tal-flokk li fih tidher ukoll il-Krimea bħala parti mit-territorju Ukren.

Fl-2014, fl-eqqel tal-kriżi politika fl-Ukrajna, fejn fiha spiċċa ħarab il-President ta’ dak iż-żmien Viktor Yanukovych, il-Krimea spiċċat ingħaqdet mar-Russja wara referendum u permezz ta’ dik deskritta bħala forza militari Russa mbuttata minn Vladimir Putin.

L-Ukrajna u bosta pajjiżi oħra fil-komunità internazzjonali għadhom jirrikonoxxu l-Krimea, sors ta’ ħafna ġlied fil-Lvant tal-Ewropa, bħala parti mit-territorju Ukren.

Ir-Russja issa protestat għal mod kif qed jintbagħat messaġġ politiku bil-futbol.

Il-Qorti tordnalu jħallas aktar manetiment

Missier Ġermaniż ġie ordnat iħallas is-somma ta’  €73,000 fuq medda ta’ seba’ snin lill- eks mara tiegħu għall-manteniment t’uliedu. Dan filwaqt li jibqa’ jħallas is-somma ta’ €2,100 ewro fix-xahar sakemm uliedu jagħlqu 23 sena, jekk huma jkomplu bl-istudji tagħhom.

Din il-familja kienet ġiet tgħix f’ Malta fl-2007 meta l-missier intbgħat f’ pajjiżna fuq xogħol diplomatiku madankollu sseparaw tliet snin wara u l-mara ħadet il-kustodja taż-żewġ uliedha.

Aqra aktar

639 karta tal-euro falza rrappurtati minn Lulju sa Diċembru tal-2016

Fit‑tieni nofs tal‑2016, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta’ Malta 639 karta tal‑euro falza. B’hekk, għas‑sena 2016, l‑ammont totali ta’ karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq it‑3,010, li huwa tnaqqis ta’ 38.9% meta mqabbel mal‑figuri tas‑sena ta’ qabel.

Meta jitqabbel mal‑għadd ta’ karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f’Malta (medja ta’ ftit aktar minn 9.7 miljun fit‑tieni nofs tal‑2016), il‑proporzjon ta’ karti tal‑euro foloz għadu insinifikanti. Hu baxx ukoll (0.18%) bħala proporzjon tal‑ammont totali tal‑karti tal‑flus foloz maqbuda fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi matul l‑istess perjodu, li jammonta għal 353,000 karta tal-flus.

Aqra aktar

Kienu diġà qed iwettqu studju dwar il-paga minima

Sa qabel ma nbeda d-diskors ta’ dan l-aħħar, il-Kunsill Malti għall-żvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) ikkummissjona żewġ ekonomisti biex iħejju studji dwar il-paga minima.

Meta kienet qed tintroduċi t-tieni qari tal-abbożż ta’ liġi li jemenda l-Atta dwar dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Ministru Dalli qalet li r-rapporti tal-ekonomisti Lino Briguglio u Gordon Cordina bħalissa qed jiġu diskussi fuq livell tekniku, u l-konklużjonijiet mistennija jiġu ppreżentati lill-imsieħba soċjali lejn l-aħħar tas-sena.

Aqra aktar

Il-Lira Sterlina tieħu daqqa ta’ ħarta

Il-Lira Sterlina tinsab taħt pressjoni kbira wara li r-Renju Unit stabilixxa miri għal meta jrid jibda’ l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-valur tal-munita Ingliża niżel sew meta mqabbel mal-Ewro.

Il-Prim Ministru Theresa May qalet lill-partit konservattiv li Atriklu 50, li jiskatta l-proċess tad-divorzju minn mal-Ewropa, irid jibda jkun implimentat sa mhux aktar minn Marzu. Jiġifieri r-Renju Unit jilaq mill-Unjoni Ewropea sal-2019.

Il-Lira Ingliża hija 0.9% aktar dgħajfa mill-Ewro- ħaġa li ilha ma sseħħ mill-2013. Kontra d-dollaru Amerikan, il-Lira Sterlina niżlet b’0.8%, biex laħqet l-inqas livell minn Awwissu tas-sena li għaddiet.

 

Send this to a friend