Schiavone jwaħħal fil-EURO għall-aħħar survey

Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech irreaġixxa b’mod uffiċjali għall-aħħar stħarriġ ippubblikat fil-ħarġa tal-Ħadd tal-gazzetta Maltatoday.Aqra aktar

Se tiżdied il-preżenza tal-Pulizija f’ċertu lokalitajiet waqt u wara l-finali tal-EURO 2020

Lejliet il-finali tant mistennija tal-EURO 2020 bejn it-Taljani u l-Ingliżi, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, u l-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, appellaw lill-pubbliku – b’mod partikolari l-partitarji taż-żewġ timijiet, biex jiddevertu b’responsabbiltà.Aqra aktar

Illejla tibda l-EURO…kompetizzjoni tant mistennija wara sena ta’ pandemija

Illejla tibda l-kompetizzjoni tant mistennija  tal-logħba tal-ballun, il-Euro 2020, b’partita bejn l-Italja u t-Turkija fi stadio Olimpico, f’Ruma.

Il-kompetizzjoni, li ttardjat b’sena minħabba l-pandemija se tibqa’ għaddejja sal-ħdax ta’ Lulju, fi ħdax-il belt differenti.

Il-finali nhar il-Ħadd, ħdax ta’ Lulju, se tintlagħab fil-grawnd ta’ Wembley f’Londra.

Il-logħob se jintlagħbu fil-preżenza tal-partitarji; bl-ikbar folla mistennija tinġabar fil-grawnd ta’ Budapest, fl-Ungerija.

Kwotati ferm din is-sena hemm Franza, l-Italja u l-Ingilterra mhux meqjusa tiddiżappunta.

Iċ-ċampjins Ewropej renjanti, il-Portugall ukoll mistennija jagħmlu ħoss f’din il-kompetizzjoni.

Iċ-ċampjins tad-dinja tal-2014, il-Ġermanja, mhumiex daqstant favoriti li din is-sena jgħollu t-tazza.

Send this to a friend