Notifiki

Ilum iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija

Iċ-ċermionja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mistennija tirrifletti t-temi li Malta se tisaħaq fuqhom tul il-Presidenza.

Żfin Malta se jeżebixxu l-produzzjoni Bahr, biċċa xogħol oriġinal, li turi d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom immigranti huma u jipprovaw jilħqu xtajta Ewropej.

‘Bahr’ hija l-kelma antika għal baħar, u tissimbolizza l-mobiltà u l-identità.

ONE se jkun qed ixandar il-Presidenza b’mod dirett bil-programm Pjazza jibda fil-ħamsa u jkompli biex ixandar l-avvenimenti li se jkunu għaddejjin f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Aqra aktar

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-qasam tal-Intern ippreżentati lill-Balkani tal-Punent

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija fil-qrib tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-Intern waqt il-Forum Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Il-konferenza ġiet organizzata fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2017 f’Brdo pri Kranju, fl-Islovenja, mill-Presidenza Slovakka tal-UE bl-appoġġ tal-Islovenja u f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Din hija laqgħa li ssir fuq bażi regolari minħabba l-interess kbir li għandhom kemm l-UE kif ukoll ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent fit-tisħiħ tal-koperazzjoni u fil-qsim tal-aħjar prattika fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni fl-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni. Aqra aktar

Summit fejn sar progress

Il-mexxejja tal-istituzzjonijiet Ewropej qalu li sar progress fis-summit li ltaqa’ lbieraħ u li ntemm tard filgħaxija. Dan b’mod partikolari b’rabta mal-immigrazzjoni. Fost oħrajn il-Kunsill Ewropew laqgħa l-progress li sar mal-ħames pajjiżi Afrikani ta’ prioritá, li huma l-Etjopja, il-Mali, in-Niger, in-Niġerja u s-Senegal. Wara laqgħa mal-President tan-Niger, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li dik ma’ dan il-pajjiż hija eżempju ta’ koperazzjoni bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Afrikani. Segwi fil-filmat il-konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-summit li kellu temi oħra fuq l-aġenda.

Aqra aktar

“Il-banek ta’ daqs medju jiħtiġilhom trattament differenti”

L-Ewroparlamentari Alfred Sant qal lill-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li l-banek ta’ daqs medju mill-ekonomiji żgħar u medji tal-Ewropa ta’ isfel jixirqilhom trattament differenti mill-banek tat-Tramuntana tal-Ewropa.  Dr Sant kien qed jitkellem waqt sessjoni ta’ skambju ta’ ideat ma’ Elke Konig, il-Presidenta tas-Single Resolution Board, l-Awtoritá inkarigata milli tiżgura li banek Ewropej li jkollhom diffikultajiet finanzjarji jiġu sorveljati tajjeb.

B’reazzjoni għall-kummenti ta’ Dr Sant, Konig saħqet li huma jagħmlu minn kollox biex ma japplikawx ir-regoli bl-istess mod għal kulħadd, imma mbagħad qalet ukoll li ma tantx hemm differenza bejn banek tan-nord u dawk tas-sud u li għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti skond ir-regoli tal-UE.

Aqra aktar

Sant: “naqqsu d-differenzi bejn l-Ewropa ta’ fuq u t’isfel”

L-Ewroparlamentari Alfred Sant qal lill-President tal-Grupp tal-Ewro Jeroen Dijsselbloem li l-investiment għandu jingħata spinta bil-għan li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-ekonomiji tat-tramuntana u dawk tan-nofsinhar fiż-żona ewro.  Sant qal dan waqt skambju ta’ ideat mal-Ministru Olandiż waqt laqgħa tal-Kumitat tal-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi tal-Parlament Ewropew fi Brussell li ffokat fuq l-istudju tal-Kummissjoni dwar il-qagħda ekonomika għall-2017.  Dr Sant qal li f’dawn l-aħħar snin l-għan tal-UE li tnaqqas id-distakk ekonomiku bejn il-pajjiżi tas-Sud u dawk tan-Nord mhux talli ma seħħx, talli d-distakk kompla jikber.

“Fil-pajjiżi Nordiċi nosservaw surplus fil-baġits, welfare state b’saħħtu, u kważi xejn qgħad u faqar, filwaqt li fil-pajjiżi tas-Sud nosservaw defiċit u dejn eċċessivi, rati ta’ qgħad għoljin, tnaqqis fil-welfare state u rati ta’ faqar dejjem jogħlew. Id-diskrepanzi jistgħu jiġu osservati wkoll bejn il-pajjiżi membri li qegħdin fiż-żona tal-Ewro u dawk li mhumiex.” qal Sant.

Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew jivvota biex iwaqqaf lit-Turkija milli tidħol fl-UE

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu il-pjanijiet li ilhom jiġu mħejjija biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat.

479 Membri Parlamentari Ewropew ivvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet ta’ UE-Turkija, b’37 kontra u 107 li astejnew.

Aqra aktar

Send this to a friend