Notifiki

Negozjati Brexit: “Intbagħat sinjal ta’ għaqda bejn is-27 pajjiż membru”

Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha qablu dwar x’attitudni għandha tittieħed fil-konfront tar-Renju Unit. F’kummenti lill-mezzi tax-xandir fi tmiem Kunsill Ewropew fi Brussels li ttratta speċifikament il-Brexit, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa sinifikanti li l-qbil dwar il-linji gwida għan-negozjati mar-Renju Unit sar f’inqas minn kwarta.

Aqra aktar

Qbil unanimu dwar il-linji gwida għan-negozjati dwar Brexit

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea unanimament qablu fuq il-linji gwida ta’ negozjar għat-taħdidiet ta’ Brexit mar-Renju Unit.

Is-sebgħa u għoxrin mexxejja ħadu inqas minn kwarta biex approvaw dawn il-linji gwida għan-negozjati li kienu nħarġu fil-wieħed u tletin ta’ Marzu mill-President tal-kunsill ewropew, Donald Tusk.

It-taħdidiet mar-Renju Unit mistennija jibdew wara l-elezzjoni ġenerali fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej.

Aqra aktar

Dak li bniha se jerġa’ jitwieled

Forsi l-kelma ‘trattat’ teħodna lura għal żmien il-lezzjonijiet tal-istorja, fejn ħafna minna ftit li xejn konna ninteressaw ruħna. Storikament, trattat huwa sempliċiment ftehim bejn numru ta’ pajjiżi, normalment wara xi kunflitt.

Trattat jista’ jfisser ukoll i-bidu ta’ kapitlu ġdid fl-istorja. Per eżempju, il-famuż trattat ta’ Liżbona, li emenda żewġ trattati qabel biex stabbilixxa l-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.

F’dawn il-jiem qegħdin infakkru it-Trattat ta’ Ruma. Trattat li 60 sena ilu fisser il-bidu ta’ Suq Komuni fost stati Ewropej, u eventwalment il-bidu tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Approvat proġett ta’ Alfred Sant dwar sorsi ta’ enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE

 

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju mressaq mill-MEP Malti Alfred Sant biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea jkunu minn ta’ quddiem biex jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u juru s-soluzzjonijiet tagħhom fuq livell Ewropew. Il-KE ppubblikat l-ewwel rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ ‘Azzjoni Preparatorja’ biex il-gżejjer jibdew jipproduċu l-elettriku tagħhom minn sorsi nodfa u jsiru awtonomi kemm jistgħu fil-provvista tal-enerġija.  Jekk jirnexxi dan il-proġett isir strument permanenti tal-UE. Il-proġett kien propost f’Awwissu li għadda minn Dr Sant bl-appoġġ tal-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula (S&D) u l-Ewroparlamentari Sqalli Michele Giuffrida (S&D).

Aqra aktar

“Se jasal jum meta l-Ingilterra jaf terġa’ tirritorna lura fl-UE”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.

“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.

Aqra aktar

L-Istati Uniti lesta li tikkopera mal-Unjoni Ewropea

Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence għamel żjara fi Brussell fejn iltaqa’ ma’ uffiċjali għoljin tal-UE, fosthom il-kap tal-Politika Barranija Federica Mogherini.

Huwa qal li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump jibqa’ kommess biex jikoopera mal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Jibagħtu ‘il fuq minn 11,000 ‘Ittra tal-Insib’

Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li s’issa bagħatet il-fuq minn 11,000 ‘Ittra tal-Insib’ bil-posta konvenzjonali lill-Kummissarju tal-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd tal-UE, Karmenu Vella.  Il-FKNK iffinanzjat il-bollol bi spiża ta l-fuq minn €1,000, biex intbagħtu dawn l-ittri.  Dan apparti l-bosta ittri simili li ntbagħtu lill-Kummissarju permezz tal-email.

L-ittra, li kienet ippreparata mill-FKNK sabiex tkompli bil-ħidma tagħha biex tibqa tissalvagwardja t-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-insib tal-għasafar tal-għana f’isem l-eluf tan-nassaba membri tagħha, hija ffirmata individwalment u personalment minn ċittadini Maltin u Għawdxin.

Aqra aktar

“Il-mument li Malta ħadet il-Presidenza huwa mument sabiħ ħafna” Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claud Juncker kellu kliem ta’ tifħir għall-pajjiżna fis-seduta plenarja fi Strasburgu wara l-indirizz li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew.
“Il-jum li Malta ħadet il-Presidenza huwa jum sabiħ ħafna, kuntent ħafna bil-preżenza ta’ Malta.” Huwa tkellem favur il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-2017 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u b’referenza għall-immigrazzjoni qabel li ebda stat ma jista’ jħabbat ma’ din il-problema waħdu. Huwa qal li jafda bi sħiħ f’Malta li se tkun qed tagħmel dak kollhu possibbli biex naraw żvillupp f’din il-problema.

Spanja, Ċipru, Malta u Lussemburgu – x’għandhom komuni?

Huma kollha pajjiżi li skont Moody’s, huma fost l-aktar li jistgħu jkunu effetwati ħażin minn Brexit.

L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu qalet li l-Irlanda u l-Belġju huma l-aktar żewġ pajjiżi fiz-zona Ewro li għandhom probabiltà li jkunu efferwati mid-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

“Il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ sigurtà dwar Brexit u kif se jkun trattat il-proċess se jħalli effett fuq in-negozji u l-kunfidenza tal-konsumatur” qalu l-analisti ta’ Moody’s, immexxija minn Sarah Carlson, f’rapport ippublikat ilbieraħ.

Aqra aktar

Segwi hawn iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza, Ian Borg, qal li Malta tinsab fit-tmun, u huwa mument storiku għal pajjiżna, li se tassumi l-ikbar rwol. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa ta’ ħafna nies li rringrazzja.

“Din hija l-Presidenza tagħkom iċ-ċittadini” qal Borg, filwaqt li qal li se ssir ħidma favur ħidma tanġibbli għal kulħadd, u min hu. Stqarr li l-politiċi mhux dejjem iwasslu l-impatt dirett tal-Unjoni Ewropea bl-aħjar mod, u teħtieġ li tiddawwar ir-rotta, biex iċ-ċittadin ikun fil-qalba tal-Ewropa. “Aħna ottimisti, għalkemm realistiċi”.

Aqra aktar

Send this to a friend