Il-mexxejja Ewropej urew l-appoġġ tagħhom għan-nies li qed jipprotestaw fil-Belarus.Aqra aktar

Il-mexxejja Ewropej urew l-appoġġ tagħhom għan-nies li qed jipprotestaw fil-Belarus.Aqra aktar
David Maria Sassoli ġie elett President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. B’total ta’ 345 voti, huwa ġab biss seba’ voti anqas mill-maġġoranza li kellu bżonn kiex ikun elett f’din il-kariga.
Is-Soċjalist Taljan qal li se jidħol għal din il-kariga bi twemmin sħiħ f’Ewropa aktar b’saħħitha, dejjem diment li l-Parlament Ewropew ikollu rwol kruċjali.
L-Ingilterra se tkun qed tieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew flimkien mas-27 membru stat l-ieħor tal-Unjoni Ewropea, minkejja d-diskussjonijiet għall-ftehim fuq Brexit.Aqra aktar
F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.Aqra aktar
Il-Mexxejja Ewropej mistennija jiddeċiedu jekk Brexit jiġix estiż sat-30 ta’ Ġunju li ġej. Dan waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq it-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun preżenti għal dan is-Summit, li ssejjaħ mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Aktar kmieni l-Gvern Malti iddikjara li jaqbel mal-estesjoni ta’ Brexit, diment li dan isir bi ftehim u pjan ċar. Aqra aktar
L-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea kienet it-tema ewlenija ta’ konsultazzjoni pubblika organizzata mill-MEUSAC bis-sehem tal-Ministru għall-Affarjiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia. Din kienet il-ħames minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet maċ-ċittadini li qegħdin isiru madwar l-UE fuq proposta tal-President Franċiż Emmanuel Macron biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu aktar x’jaħsbu ċ-ċittadini Ewropej dwar x’tip ta’ Unjoni jridu.
Malta ingħaqdet ma’ 21 pajjiż Ewropew ieħor fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li jaħdem biex jipproteġi l-baġit tal-Unjoni Ewropea mill-frodi.Aqra aktar
Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Alfred Sant u li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-VAT Exemption Scheme – L-Iskema tal-Eżenzjoni tal-VAT għall-intrapriżi żgħar fl-Unjoni Ewropea kollha. L-iskema taġġorna l-arranġamenti eżistenti għall-intrapriżi żgħar u medji għall-eżenzjoni tagħhom minn ċertu obbligi ta’ VAT li amministrattivament huma ta’ piż għalihom. Is-sistema teżenta wkoll lil SMEs li jibdew jesportaw.Aqra aktar
L-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea tindika li f’Malta biss il-prezzijiet kemm tal-petrol kif ukoll tad-diesel baqgħu stabbli. Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar 560 jum żdied il-prezz tal-petrol u l-prezz tad-diesel, bl-unika eċċezzjoni kienet il-Finlandja fejn kien hemm tnaqqis ta’ ċenteżmu l-prezz tad-diesel.
Mitejn delegat minn għadd ta’ għaqdiet differenti madwar l-Unjoni Ewropea, se jiġu f’pajjiżna biex iqattgħu ħamest ijiem jgħixu fin-Nadur, Għawdex.
Dan wara li n-Nadur intgħażel biex jospita l-avveniment annwali magħruf bħala ċ-‘Charter European of Rural Communities’. Iżda d-delegati li se jkunu f’pajjiżna mhux biss se jiddiskutu t-tema tas-solidarjetà, iżda se jduqun wkoll parti mill-kultura u t-tradizzjonijiet Għawdxin.
Filfatt, dawn il-mitejn delegat se jkunu ospitati minn familji Għawdxin fin-Nadur, biex jesperjenzaw kemm jistgħu l-ħajja Għawdxija.
Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, spjegat kif wara d-diskussjoni li se ssir, se jinkiteb rapport uffiċjali, li se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.
Send this to a friend