etna – One News

BIL-FILMAT: Jerġa’ jiżbroffa l-vulkan Etna

Il-Vulkan Etna reġa’ żbroffa nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2019; din id-darba minn fetħiet ġodda. Il-lava niżel lejn akkwata magħrufa bħala Valle del Bove.

Filmat li ttella’ fuq il-mezzi tax-xandir juru attività spettakolari li taf toħloq in-natura.

Katanja milquta minn aktar theżżiżiet

Matul il-lejl li għadda, Katanja u l-irħula madwar il-vulkan tal-Etna reġgħu intlaqtu minn għadd ta’ terremoti, bl-aktar wieħed qawwi immarka 3.5 fuq l-iskala Richter.

Dan seħħ għall-ħabta tal-05:10 ta’ filgħodu b’epiċentru kien seba’ kilometri minn Ragalna u seħħ disat ijiem wara t-terremot li kkawża ħsarat u ħalla diversi nies midruba u bla saqaf fuq rashom.

Qiegħed ikun irrapurtat li f’seba’ sigħat inħassu b’kollox seba’ theżżiżiet.

Jaf qed timrad minħabba l-Etna

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika f’pajjiżna wissew li l-irmied vulkaniku li ħareġ meta żbroffa l-vulkan Etna, u li għaddej minn fuq il-gżejjer Maltin, jista’ jaffettwa s-saħħa tal-Maltin u ta’ dawk li jinsabu f’pajjiżna. Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-ajruport ta’ Katanja jingħalaq wara li żbroffa l-vulkan Etna

L-ajruport ta’ Katanja ingħalaq bħala prekawzjoni wara li żbroffa l-vulkan Etna, l-ogħla u l-aktar vulkan attiv fl-Ewropa kollha.

S’issa nħassu mal-130 theżżiża madwar l-Mediterran, bil-qawwa tagħhom tlaħħaq l-4 fuq l-iskala rikter.

L-istess theżżiż mistenni jkompli jintensifika, iżda s’issa għad m’hemm ebda rapporti ta’ persuni midruba jew xi ħsara f’xi bini fl-inħawi.

JIŻBROFFA L-VULKAN TAL-ETNA – 10 PERSUNI MIDRUBA

Ħadd m’hu midurb b’mod gravi iżda l-mod kif żbroffa ħasad lir-residenti tal-madwar. Sitta mill-għaxar persuni jinsabu rikoverate fi sptaraijiet f’Catania u Acireale.

Dawn indarbu meta ntlaqtu minn lava. Fl-aħħar jiem l-Etna bdiet tiżbroffa mill-ġdid; xena li kull tant żmien tiġri fi Sqallija.

Send this to a friend