establishment – One News

Notifiki

Busuttil jiddetta r-regoli li għadhom mhux maqbula

  • L-establishment fil-kontroll tal-proċess għall-ħatra ta’ kap
  • Ma jeżistux it-23,000 elIġibbli li semma Simon Busuttil

Il-Partit Nazzjonalista għad irid jiftiehem ir-regoli li bihom l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qed jgħid li se ssir l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit. Għax dawn ma jirriżultawx mill-istatut tal-istess partit. B’hekk, spjegaw sorsi fil-Partit Nazzjonalista, waħda mill-ewwel affarijiet li jrid jagħmel l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista hi li jara li jimplimenta l-ħsieb li qabel it-tesserati tal-Partit jivvotaw, il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jniżżel il-kandidati għal tnejn kif ilu jgħid li se jiġri Simon Busuttil. “Din mhix ċara u ħafna ma jistgħux jifhmu kif Busuttil qed jagħmilha bħala fatt meta għal din għad hemm bżonn l-approvazzjoni tal-istrutturi tal-partit. Forsi jkun hemm min irid li jagħżlu t-tesserati mill-bidu sal-aħħar,” qalu s-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali li nnotaw kif l-establishment se jipprova jħalli barra mill-ewwel stadju kandidati li mhumiex favoriti miegħu bħad-deputat Claudio Grech. Deputat li lmenta li l-istess establishment ried iħallih barra mill-Parlament.

Aqra aktar

Simon Busuttil negattiv għax m’għandux x’joffri

Il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil qattgħu l-Ħadd filgħodu jitgħajru u jipprovaw inessu s-suċċessi tal-pajjiż filwaqt li jirrepetu gideb u jħarrfu, l-aqwa li jreġġaw lura lill-pajjiż għall-politika ta’ tgħajjir. Dan qalu fi stqarrija l-Partit Laburista.

Żied jgħid li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba u dan iħossuh il-Maltin u l-Għawdxin li ma jridux min iwaqqa’ lill-pajjiżu. Iżda jridu Prim Ministru li joffri bidla pożittiva kontinwa biex huma jibqgħu mexjin ‘il quddiem.

Dan jafu Busuttil li meta din il-ġimgħa mar “ibiegħ” dak li qed jgħid lil tal-ħwienet u sab persuna li qaltlu ċar u tond kemm tan-negozji serjin tajjeb b’ekonomija b’saħħitha li qed twassal biex jimpjegaw iktar nies.

Aqra aktar

Send this to a friend