eroina – One News

12-il xahar priġunerija maħfura wara akkużi ta’ traffikar ta’ eroina

F’Sentenza importanti mill-Qorti tal-Appell, mara ta’ 39 sena ġiet meħlusa minn kull akkuża ta’ traffikar ta’ droga eroina wara li fl-appell hija saħqet li ma ngħatatx d-dritt li tkun mgħejjuna minn avukat waqt li tat stqarrijiet lil pulizija filwaqt li sar tiftix mill-pulizija mingħajr ma kienet mgħarrfa li hija setgħet tirrifjuta li jsirilha t-tiftix.

Aqra aktar

Tammetti li kellha l-kokaina u l-eroina fil-pussess tagħha

 

Charmain Bezzina nstabet ħatja wara li ammettiet li fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 t’Awissu hija kienet fil-pussess tad-droga erojina u kokajina.  Bezzina ta’ 38 sena minn Ħal Luqa kienet ġiet imwaqfa fl-istess lejl mill-pulizija ta’ kontra d-droga.  Kien hawnhekk fejn kif rathom tefgħet żewġ laned droga kokaina minn ġol-karozza.  Aqra aktar

Jinqabad ġej Malta bi 18-il kilo droga

Ingliż li jgħix Malta nqabad fuq il-katamaran li ġie Malta minn Sqallija bi 18-il kilo ta’ droga kokaina u eroina. Din id-droga kienet fil-vettura tar-raġel ta’ 54 sena u  kienet maqsuma f’sitt kilo kokaina u 12- il kilo eroina. Aqra aktar

Illiberata – każ li jmur lura meta kienet Kordin

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illiberat lil Natal Bonello, illum Nathalia Bonello, min kull akkuża fil-konfront tagħha b’rabta ma’ sejba relatata mad-droga eroina fiċ-ċella tagħha, meta kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ imur lura għat-2 ta’ Mejju 2006 u fil-jiem ta’ qabel. Fiċ-ċella tal-imputat kienet instabet foil maħruqa li dwarha kien hemm suspett illi kienet qed tintuża għall-abbuż tal-eroina.
Aqra aktar

Barra minn sensihom u binhom fuq wara

Il-Pulizija ta’ Ohio ippublikat ritratti ta’ raġel u mara, ġenituri ta’ tifel ta’ erba’ snin, barra minn sensihom fil-karozza tagħhom. Rhonda Pasek u James Acord allegatament ħadu overdose ta’ eroina waqt li binhom kien fuq wara.

It-tifel ittieħed fil-kustodja tal-awtoritajiet, iżda r-ritratti kexkxu lid-dinja. Il-koppja issa qed taffaċja akkużi kriminali.

Aqra aktar

4 xhur ħabs wara li daħħal miegħu l-ħabs l-eroina

Raġel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Ivorju ingħata s-sentenza t’erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina meta daħal fil-ħabs ta’ Kordin. Il-każ imur lura għal Marzu tas-sena l-oħra, meta mar fil-Faċilità biex iħallas depożitu fuq każ ieħor li kellu.
Aqra aktar

Send this to a friend