ERA – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 3 siti ġodda jingħaqdu mal-lista ta’ Natura 2000

Fil-jum internazzjonali għall-Ambjent tħabbar li tliet żoni ġodda ser ikunu qed jingħataw iktar protezzjoni billi jiffurmaw parti min-network tal-Unjoni Ewropea Natura elfejn.

Is-siti ġodda li ser ikunu qed jiżdiedu mal-lista huma Tal-Wej, limiti tal-Mosta, Ħas-Saptan, limiti ta’ Birżebbuġa, u Wied il-Mielaħ li jinsab fil-limiti tal-Għarb, Għawdex.

Aqra aktar

L-ERA tappella mill-permess ta’ villa fil-Qala

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA appellat id-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward ta’ permess għal villa fil-Qala.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent qal li minkejja l-fatt li l-permess ġie rtirat mill-applikant, l-appell kellu jsir sabiex jitneħħa l-preċedent li nħoloq meta ngħata l-permess.

Il-ministeru nnota wkoll b’sodisfazzjon id-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu mill-Qorti tal-Appell kif ukoll mill-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew revokati permessi fosthom għall-estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra kif ukoll żvilupp ta’ binja dilapidata li tinsab Wied Għomor.

Il-Ministru Jose Herrera sostna li hemm bżonn li titkompla l-ħidma dwar riforma bżonjuża u radikali tal-policy tal-ODZ, sabiex jitneħħew anomaliji eżistenti f’din il-policy u b’hekk iwassal biex jiġi ssalvagwardjat aktar l-ODZ.

Send this to a friend