Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia qal li l-pandemija Covid-19 għamlet iktar evidenti l-ħtieġa għal aktar investimenti f’soluzzjonijiet ta’ enerġija aktar nadifa u effiċjenti. Waqt il-Konferenza Informali ta’ Livell Għoli għall-Ministri tal-Enerġija, il-Ministru Farrugia saħaq fuq l-importanza tal-miżuri biex jonqos il-konsum tal-enerġija, speċjalment fis-settur tat-trasport, għandhom ikunu appoġġati bħala parti mill-proċess ta’ rkupru biex jiġi żgurat li l-intensità tal-enerġija f’ċerti setturi tkompli tonqos. Aqra aktar