BIL-FILMAT: Jintlaħaq rekord ġdid ta’ domanda għall-elettriku għat-tieni darba fl-istess ġimgħa

Għat-tieni darba konsekuttiva fl-istess ġimgħa, id-domanda għall-elettriku f’pajjiżna kisret ir-rekord, meta laħqet il-ħames mija u ħamsa u sittin megawatt tul il-jum tal-Ħamis.

Fl-elfejn u dsatax, fis-sena ta’ qabel il-pandemija, l-ogħla domanda kienet ta’ ħames mija u għaxar megawatts.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-binja tal-Enemalta fil-Marsa, il-Kap Eżekuttiv l-Inġinier Jason Vella spjega dettalji tekniċi wara l-qtugħ ta’ dawl li sofrew numru ta’ klijenti fl-aħħar jiem.

Aqra aktar

Send this to a friend