emmanuel macron – One News

Notifiki

“In-NATO spiċċat”- Emmanuel Macron

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħareġ jgħid li n-NATO ‘spiċċat’ hekk kif jidher li l-alleati transatlantiċi tagħha, primarjament l-Istati Uniti, qed jonqsu mill-impenji tagħhom fl-għaqda.
F’intervista mar-rivista internazzjonali ‘The Economist’, Macron issostanzja l-argument tiegħu billi qal li l-Istati Uniti lanqas biss ikkonsultaw man-NATO qabel ma rtirat il-forzi tagħha mis-Sirja. Aqra aktar

Xaqq ta’ dawl dwar il-ftehim Brexit?

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għandu 12-il jum biex iressaq il-pjanijiet tiegħu dwar Brexit lill-Unjoni Ewropea. Dan sostnuh il-Prim Ministru tal-Filandja, Antti Rinne kif ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron. Iż-żewġ mexxejja qablu li r-Renju Unit għandu jressaq il-proposti tiegħu dwar Brexit bil-miktub sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, u jekk dan ma jsirx, ifisser li kollox ikun mitmum. Aqra aktar

Emma Muscat ma’ Rita Ora u Martin Garrix f’Summer Daze

Emma Muscat se tkun waħda mill-kantanti li se joffru spettklu waqt il-festival Summer Daze.

Emma se tkun qed tkanta fl-istess kunċert ma’ Rita Ora u Martin Garrix, nhar l-14 ta’ Awwissu. Fil-15 ta’ Awwissu, Roger Sanchez se jkun fost l-ismijiet kbar li se jkunu hawn Malta għall-istess festival, organizzat mill-MTA.Aqra aktar

Investiment ta’ €2 biljun f’Disneyland

Il-kumpanija Walt Disney se tinvesti żewġ biljun ewro f’Disneyland ta’ Pariġi, fejn se tkun qed tkabbar il-park b’lag u żoni ġodda ddedikati għall-films ta’ Frozen, Star Wars u Marvel.

Il-kap ta’ Disney Robert Iger ħabbar dan wara li ltaqa mal-President Franċiż Emmanuel Macron.

Disney qalet li l-iżvilupp se jkun mifrux fuq diversi snin, bix-xogħol jibda fl-elfejn u wieħed u għoxrin.

Fit-tħabbira, Disnet qalet li l-investiment, l-ikbar wiħed mindu nfetaħ l-istess park, juri l-impenn tal-kumpanija għas-suċċess fit-tul tal-post bħala l-qofol tad-ditta Disney fl-Ewropa.

Send this to a friend