elezzjonijiet – One News

Notifiki

Ringrazzjament għall-votanti Konservattivi ġodda

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li għadu kemm kien ikkonfermat Prim Ministru fl-elezzjoni ġenerali li saret il-Ħamis li għadda, se jkun qed iżur it-Tramuntana tal-Ingilterra bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa elettorali tiegħu. Huwa se jkun qed jiltaqa’ ma’ membri parlamentari Konservattivi ġodda, li wħud minnhom ġew eletti minn żoni li kienu tradizzjonalment Laburisti. Aqra aktar

“M’għandix kliem biex nirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamiltu magħna”- Il-PM Muscat fin-Nadur

Friska minn numru ta’ rebħiet storiċi fl-elezzjonijiet lokali, il-gżira Għawdxija laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Sinjura tiegħu fin-Nadur. Il-Prim Minsitru nnota li m’hemmx kliem xierqa biżżejjed biex jirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamlu mal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet.

Aqra aktar

Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet

Illum l-elettorat jibda jagħmel l-għażla tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dan hekk kif ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju, se ssir l-elezzjoni bikrija għal dawk li se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar nhar l-elezzjoni.

Aqra aktar

Casa b’ħajr lill-eks Kapijiet, imma mhux lil Delia

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa, injora għalkollox lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’filmat li tella’ fuq Facebook wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa kien kostrett jirringrazzja lit-tliet kapijiet preċidenti tal-Partit Nazzjonalista – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.

Iżda naqas milli jsemmi, u ma kellu l-ebda kliem ta’ ringrazzjament, għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fuq Facebook, Casa reġa’ ta ħajr lil Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Iżda għal darb’oħra naqas milli jagħmel kull referenza għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aktar minn hekk, David Casa faħħar il-ħidma ta’ Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Kiteb li se jwiegħed li se jkompli jonora l-legat tagħhom fil-ħidma tiegħu. Iżda hawn ukoll naqas milli jirrikonoxxi l-ħidma ta’ Adrian Delia. Aqra aktar

It-Torok joħorġu jivvutaw

Minn kmieni filgħodu, it-Torok ħarġu jivvutaw f’elezzjoni li qed titqies bħala waħda mill-aktar ħorox fil-pajjiż fl-aħħar snin, u se tiddetermina jekk il-President Recep Tayyip Erdogan jingħatax it-tieni mandat biex jibqa’ jmexxi lit-Turkija.

Aqra aktar

Send this to a friend