Il-President Donald Trump formalment ikkonċeda t-telfa tal-elezzjoni presidenzjali kontra Joe Biden minkejja li ma jaqbilx magħha.Aqra aktar

Il-President Donald Trump formalment ikkonċeda t-telfa tal-elezzjoni presidenzjali kontra Joe Biden minkejja li ma jaqbilx magħha.Aqra aktar
Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Elett Joe Biden qed ikomplu jħeġġu l-elettorat tal-istat ta’ Georgia joħroġ jivvota għall-elezzjoni tas-Senat Amerikan tul il-jum tat-Tlieta.Aqra aktar
Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba bla preċedent biex tinvalida r-riżultat tal-elezzjoni f’erba’ stati – li kienu meqjusa fost l-aktar importanti u li fihom ir-riżultat seta’ jmur naħa jew oħra – talba li kienet appoġjata mill-President Donald Trump.Aqra aktar
Imħallef f’Pennsylvania ċaħad il-kawża li fetaħ it-tim tal-kampanja ta’ Trump li talab biex miljuni ta’ voti li twasslu bil-posta jiġu kkunsidrati bħala invalidi, f’dan l-istat li huwa meqjus bħala swing state.Aqra aktar
Fl-Istati Uniti għadna mingħajr rebbieħ iżda l-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab viċin aktar minn qatt qabel biex jirbaħ il-Presidenza.Aqra aktar
14:51: Żvilupp interessanti fit-taqtigħa għall-White House hekk kif issa Biden jinsab fil-vantaġġ f’Pennysylvania.
Wara li fl-aħħar sigħat, Trump kien fuq quddiem b’18,000 vot f’dan l-istat massiċċ, issa Biden qed jgħaddi lil Trump bi ftit aktar minn 5,500 vot.
Jekk Biden jirbaħ Pennysylvania, jiġi dikjarat il-President elett hekk dan l-istat iġorr għoxrin vot tal-elettur u b’hekk ikun qabeż in-numru 270 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi.
10:40: Joe Biden issa jinsab b’vantaġġ fuq il-President Donald Trump, b’anqas minn elf vot fl-istat ta’ Georgia.
F’dan l-istat għamel ħin twil fuq quddiem Trump iżda issa, hekk kif l-għadd tal-voti jinsab viċin iżjed li jagħlaq, Biden għandu vantaġġ ta’ 1,096-il vot f’Georgia.
Dan l-istat fih 16-il vot tal-eletturi u b’din ir-rebħa f’dan l-istat, Biden ikun biss vot ‘il bogħod tal-elettur milli jikseb l-ogħla kariga fil-White House.
Biden qed jirkupra tajjeb ukoll fl-istat ta’ Pennsylvania u qiegħed fuq quddiem fl-istati t’Arizona u Nevada.
Fl-istat massiċċ ta’ Pennsylvania, id-distakk bejn Biden u Trump huwa ta’ madwar ta’ 18,000 vot.
Dan meta qabel, Trump kien fuq quddiem b’aktar minn 700,000 vot.
S’issa Biden għandu 253 vot tal-eletturi filwaqt li Trump għandu 213-il vot tal-eletturi.
Il-President Amerikan Donald Trump qed iħeġġeġ lill-istati biex jevitaw milli jagħmlu lockdowns iżda r-rivali tiegħu, il-kandidat demokratiku Joe Biden qal li l-pandemija ma tistax tiġi mwaqqfa b’kemm tagħfas buttuna.Aqra aktar
Il-President Amerikan Donald Trump kompla bil-kampanja tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali li tinsab ftit jiem ‘il bogħod, wara li xeħet il-vot tiegħu fi Florida.Aqra aktar
L-aħħar dibattitu għall-elezzjoni presidenzjali tal-istati uniti kien ikkaratterizzat minn diżgwid bejn iż-żewġ kandidati dwar il-mod kif il-Gvern Amerikan wieġeb għall-pandemija.Aqra aktar
Donald Trump irritorna għall-kampanja elettorali tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali wara li ġimagħtejn ilu kien irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. L-ewwel attività kienet rally f’Sanford, Florida, wieħed mill-aktar stati diffiċli għal kwalunkwe partit biex jikseb il-maġġoranza.Aqra aktar
Send this to a friend