BIL-FILMAT: Dawk fuq il-benefiċċju tal-qgħad jonqsu b’90%

Mill-elfejn u tlettax sa Lulju li għadda n-numru ta’ persuni li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali u l-benefiċċju tal-qgħad naqas bi tmient elef, sitt mija u ħamsa u erbgħin.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon qal li r-rata ta’ dawk li jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad naqset b’disgħin fil-mija.

Il-Ministru Falzon għamel referenza wkoll għal ċifri notevoli ta’ tnaqqis ta’ persuni dipendenti fuq l-għajnuna soċjali mill-bidu tal-pandemija sal-lum.

Aqra aktar

Il-Gvern iħabbar il-Pjan ta’ Rkupru ta’ €345 miljun minn Fondi Ewropej

Il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta b’fondi Ewropej, intbagħat formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex fix-xahrejn li ġejjin issir l-evalwazzjoni tiegħu u tingħata l-approvazzjoni biex jiġi implimentat.

F’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi ġie spjegat kif b’nefqa ta’ tliet mija u ħamsa u erbgħin miljun ewro, se jsiru sbatax-il proġett u inizjattivi, imsejsa fuq sitt oqsma ewlenin.

Aqra aktar

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex titfassal strateġija għall-iżvilupp ta’ Għawdex għall-10 snin li ġejjin

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp t’Għawdex nediet il-viżjoni soċjo-ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin, li se sservi ta’ pjan biex l-inizjattivi, proġetti u miżuri li se jiġu implimentati f’Għawdex fil-futur, isiru b’mod li jirrispettaw l-istess strateġija li se titfassal għal Għawdex mill-Għawdxin.Aqra aktar

“Għandna viżjoni ekonomika li toħloq opportunitajiet minn realtajiet ġodda” – il-PM

Pajjiżna se jaddotta viżjoni ekonomika li toħloq opportunitajiet minn realtajiet ġodda.

Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela f’intervista fuq ONE Radio, jiem wara li l-Gvern nieda l-viżjoni ekonomika tiegħu għall-għaxar snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru spjega kif din il-viżjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-investiment fin-nies, il-bilanċ u viżjoni ħolistika li taħseb f’kulħadd, u saħaq li l-prinċipji tar-riċetta li ġabet suċċess ekonomiku fl-aħħar snin, mhux se jitwarrbu.

Aqra aktar

Jilqgħu l-viżjoni ekonomika tal-Gvern u jfissruha bħala waħda li taħseb fit-tul

Il-viżjoni tal-Gvern għall-ekonomija Maltija għad-deċenju li jmiss imħabbra mill-Prim Ministru kienet imfaħħra minn diversi persuni minn oqsma differenti.

Huma elenkaw aspetti differenti ta’ din il-viżjoni li ser isservi bħala bażi soda mhux biss għall-għaxar snin li ġejjin iżda għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Marisa Xuereb fissret il-viżjoni tal-Gvern bħala waħda li tħares fit-tul u li minnha anki jistgħu jgawdu ġenerazzjonijiet sħaħ.

Qalet, “Hija viżjoni li ehe, taħdem fit-tul għaliex dawn huma l-fatturi li jikkontribwixxu għall-attività ekonomika jiġifieri mhumiex tal-mument. L-edukazzjoni hija xi ħaġa li dejjem għandek bżonn, l-ambjent dejjem għandek bżonnu mhix industrija t’issa bħal meta nimmiraw settur partikolari imma hija strateġija li tista’ tibni fuqha fuq ġenerazzjonijiet.”

Aqra aktar

Send this to a friend