Think Tank dwar il-futur tal-ekonomija Maltija

Madwar 150 persuna minn oqsma differenti ingħaqdu flimkien f’think tank li fassal proposti għat-triq il-quddiem għal kull qasam. B’hekk jinħoloq pjan uniku għall-pajjiżna li jisfrutta l-aħjar mod dan iż-żmien sabiex l-ekonomija tagħna tirpilja b’iżjed qawwa fi tmiem il-pandemija.    Aqra aktar

DBRS terġa’ tikkonferma r-‘rating’ ta’ Malta fil-livell ‘A high’

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS, reġgħet ikklassifikat l-ekonomija ta’ pajjiżna fil-livell A high. B’kuntrast, mindu faqqgħet il-pandemija, l-istess aġenzija rrevediet għal negattiv l-outlook tar-rating ta’ pajjiżi bħal Franza, l-Italja u r-Renju Unit.

Minkejja li pajjiżna, bħal kumplament tad-dinja għadda mill-pandemija, din l-aġenzija li ma tħares lejn wiċċ ħadd żammet l-ogħla klassifikazzjoni tal-ekonomija għal Malta li tat fi Frar li għadda. Fl-osservazzjoni tagħhom, l-esperti tad-DBRS qalu li l-qagħda ekonomika ta’ Malta għandha xejriet stabbli anki minħabba l-andament ekonomiku u fiskali b’saħħtu li kellna fl-aħħar snin.Aqra aktar

Send this to a friend