egrant – Page 2 – One News

Delia: “Il-pożizzjoni tiegħi dwar Egrant ma nbidlitx”

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia iddikjara bl-aktar mod skjett li ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Mnistru Joseph Muscat. Dan minkejja li ftit tax-xhur ilu huwa ġie daru mal-ħajt u mar lura minn kelmtu meta bidel id-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni ta’ Busuttil mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-Gvern se jibqa’ kalm u seren biex jieħu l-aqwa deċiżjonijiet għall-familji Maltin u Għawdxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għandu jiddikjara minnufih jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni li għamel id-deputat Simon Busuttil fil-Parlament, li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iddikjaraw dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri u d-Deputat Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet.Aqra aktar

Ma jridx jiskuża ruħu dwar Egrant

Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar, qal li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Adrian Delia m’għandhomx għalfejn jiskużaw ruħhom tal-gidba fuq il-Prim Ministru, bil-kampanja ta’ Egrant qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Cutajar qal dan f’diskussjoni mal-whip tal-grupp parlamentari Laburista, Byron Camilleri, fuq  ONE BREAKFAST.Aqra aktar

L-inkjesta Egrant tħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia

Minkejja l-insistenza proċedurali tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant, kif diġa’ kien talab li jsir il-Prim Ministru sa mill-ewwel ġurnata, il-ħafna diskors dwar il-kawża li fetaħ il-Qorti ma jneħħi xejn mill-fatt li din l-inkjesta dwar Egrant, tħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li issa għamel il-gidba dwar il-familja tal-Prim Ministru, tiegħu.

Aqra aktar

Grupp magħqud iħejji l-bidla

Il-grupp parlamentari tal-Partit Laburista qed iħejji biex meta jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament ikun jista’ jressaq ’il quddiem numru ta’ bidliet oħra għall-ġid tal-pajjiż.

Aqra aktar