Notifiki

Tiġbor €15,000 għall-verifiki forensiċi dwar Egrant iżda ma tridx turi provi li kkummissjonat esperti

Maria Efimova, ir-Russa li hija akkużata bi sperġur u li ħalfet falz fil-gidba Egrant, qed tirrifjuta li tippreżenta provi li qabbdet esperti forensiċi biex jeżaminaw dak li qed tgħid hi.

Dan wara li ġabret ħmistax-il elf ewro biex skont hi tiffinanzja ħidmet l-esperti forensiċi li skont hi kkummissjonat ħalli jiġu verifikati dokumenti marbuta mal-Egrant.

Mas-sit Lovin Malta, Efimova qalet li tkellmet mal-esperti forensiċi u qalulha li mhu se joħroġ xejn sakemm hi tingħata status ta’ whistleblower minn Malta jew mill-Unjoni Ewropea.

Għal Efimova ħareġ mandat t’arrest Ewropew wara li hija mixlija li ħalfet falz quddiem dak iż-żmien Maġistrat Aaron Bugeja u li kissret il-kundizzjoniiet tal-libertà proviżorja imposti fuqha fl-2016, wara li din ħarbet minn Malta.

Il-Lovin Malta rrapporta li Efimova ma qalitx liema esperti qabbdet.

Is-sena l-oħra, Efimova kienet qalet li għandha evidenza biex tissostanzja dak li qalet dwar Egrant iżda għandha bżonn tqabbad esperti biex jivverfikaw kollox u għalhekk talbet biex jinġabru l-flus għal dan il-għan.

Efimova, li anki żewġha kien ikkonferma li esponenti tal-establishment Nazzjonalista, primarjament David Casa u Manuel Delia, iffinanzjawha xi darba, ġabret ħmistax-il elf ewro bil-crowd funding.

Lil-Lovin Malta qaltilhom li tlettax-il elf ewro nefqithom fuq analiżi forensika fejn skont hi, espert kellu anki jsiefer u imbagħad qalet li żammet elfejn ewro bħala riżerva.

Skont ir-Russa, hija għandha rċevuti ta’ x’nefqet u kienet se tippubblikahom bil-permess tal-esperti li skont hi qabdet iżda issa mhiex se tippubblikahom għaliex trid li Malta ttiha status ta’ whistle blower.

Delia l-verità jafha, iżda rikbu minn ivvinta l-gideb

Fi stqarrija l-Partit Labiurista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jaf sew li l-verità dwar il-gidba Egrant ħarġet kollha kemm hi. Tant jafu dan li meta kienu ppubblikati b’mod sħiħ il-konklużjonijiet tal-inkjesta keċċa lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari tiegħu. Dakinhar qallu li ried jerfa’ r-responsabbiltà. Aqra aktar

L-AG jsostni li l-inkjesta Egrant m’għandhiex tiġi ppubblikata issa biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-Pulizija

L-Avukat Ġenerali Peter Grech reġa’ sostna fil-Qorti li r-rapport tal-inkjesta Egrant m’għandux jiġi ppubblikat b’mod sħiħ biex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet li għaddejjin mill-pulizija u anke minħabba kontijiet bankarji ta’ terzi li jissemmew fl-inkjesta. Dr Grech qal dan waqt it-trattazzjoni fil-kawża li fetħalu l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.

Inkjesta li sabet li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, martu u familtu meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-familja Muscat. Bl-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mexxa kampanja fuq din il-gidba ċċertifikati fil-konfront tal-Prim Ministru u martu.Aqra aktar

ARA: Godfrey Leone Ganado jerġa’ jiftaħ il-kanuni fuq it-tfal tal-PM

L-artikolist tal-Partit Nazzjonalista Godfrey Leone Ganado uża l-istazzjon tar-radju tal-Knisja biex reġa għajjar lit-tfal tal-Prim Ministru talli esprimew l-inkwiet li għaddew minnu tul l-allegazzjonijiet tal-Egrant, li mbagħad irriżultaw li ma kienu xejn ħlief gidba mibnija fuq dokumenti ffalsifikati.

Fil-programm Xarabank fil-jiem ta’ qabel il-Milied it-tfal tal-Prim Ministru ġew mistoqsija fuq kif għexu dak iż-żmien meta kienu jbeżżawhom li ommhom u missierhom kellhom jispiċċaw il-ħabs.Aqra aktar

Surreali l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni!  

Jekk hemm xi ħaġa surreali huma l-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu wara s-smigħ fil-Qorti b’rabta mar-rapport tal-inkjesta Egrant. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia barra l-Qorti aktar kmieni t-Tnejn.

Skont Delia, is-sitwazzjoni hija surreali għax l-Oppożizzjoni qed issofri żbilanċ politiku. Argument żbaljat mill-bidu sal-aħħar, għax Delia nnifsu kien ammetta li l-konklużjonijiet tant kienu ċari li fuqhom ried ikeċċi lil Simon Busuttil, sakemm l-eks Kap spiċċa rebaħlu.Aqra aktar

L-inkjesta Egrant qatt ma ngħatat lil ebda persuna oħra

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farruiga sostna li l-kontenut tal-inkjesta Egrant ddiskutih biss mal-Prim Ministru Jospeph Muscat, il-Ministru għall-Ġustizja  u l-Avukat tal-Prim Minsitru Pawlu Lia.

Is-Sur Farrugia qal dan waqt li kien qiegħed jixhed fil-kawża li fetaħ il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali biex ikollu koppja sħiħa tal-inkjesta.  Għas-seduta tat-Tnejn, Delia deher dieħel il-Qorti akkumpanjat mill-avukat tiegħu Vincent Galea u Vince Borg magħruf bħala Ċensu l-iswed. Aqra aktar

Send this to a friend