Edward Zammit Lewis – Page 6 – One News

Notifiki

Konferenza importanti dwar it-turiżmu f’pajjiżna

“Bħala destinazzjonijiet Ewropej m’għandniex naraw lil xulxin bħala kompetituri iżda nikkolaboraw flimkien biex ikollna suq internazzjonli tat-turiżmu akbar.”

Waqt li kien qed jindirizza l-73 konferenza ġenerali Hotrec, dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis spjega kif fi żmien li pajjiżi membri Ewropej differenti qed isibu diffikultá biex jistabbilizzaw l-ekonomija tagħhom, it-turiżmu baqa’ kontributur importanti għall-ekonomija Ewropea, settur li jiġġenera biljuni filwaqt li jsaħħaħ u jintroduċi kumpaniji żgħar u medji.

Il-Ministru ħabbar li matul il-Presidenza Ewropea tal-2017, se tkun qed tittella konferenza ta’ livell għoli dwar it-Turiżmu. Din il-konferenza se ġġib flimkien madwar il-mejda entitajiet relevanti u se tkun qed tiddiskuti l-futur tat-turiżmu fl-Ewropa.
Aqra aktar

Avviż legali se jipproteġi lil min jivjaġġa, f’każ li jfalli l-aġent tal-ivjaġġar

Tnieda avviż legali li joffri protezzjoni lill-vjaġġaturi f’każ ta’ falliment ta’ kumpanija jew aġent tal-ivvjaġġar liċenżjat ma’ l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fakkar li preżentament vjaġġatur prospettiv li jkun xtara xi forma ta’ package travel minn aġent tal-ivjaġġar, mhuwiex protett taħt il-liġi Maltija.

Din il-leġiżlazzjoni kienet ilha pendenti mill-2009. “Għalkemm fallimenti fis-settur tal-ivvjaġġar f’Malta huma rari, l-każ ta’ dik l-aġenżija tal-ivjaġġar li kienet iddikjarat falluta fl-2013, ħalliet numru ta’ vjaġġaturi esposti għal telf ta’ flus, u dan l-inċident qajjem tħassib fost il-konsumaturi lokali, kif ukoll issottolinja l-importanza ta’ twaqqif ta’ din ligi biex tagħmel tajjeb għal din l-eventwalita”.

Aqra aktar

L-MHRA tressaq il-proposti qabel il-baġit

Il-prodott offrut lit-turisti, l-akkomodazzjoni u l-konnettività huma t-tlett binarji li fuqhom fasslet il-proposti għal qabel il-baġit l-MHRA. Dawn kollha marbuta mat-tema ċentrali li għażlet l-assoċjazzjoni għad-dokument tal-baġit tas-sena d-dieħla ta’ ‘Ħolqien tal-ġid komuni”.

Aqra aktar

Dawk jirreġistraw inqas minn nofs ta’ żmien il-PN

F’Awwissu n-numru ta’ persuni fuq ir-registru tal-qghad naqas ghal inqas livelli f’dan ix-xahar minn sena elf disgħa mija disgħa u sebgħin. Skont statistika tal-NSO x-xahar li għadda dawk ifittxu x-xogħol ma’ Jobs+ niżel għal 3,261.

Dan ifisser li meta mqabbel ma’ sena ilu il-qghad naqas b’1,653 persuna. U meta mqabbel ma’ Marzu 2013, in-numru ta’ nies jirregistraw huwa erba’ t’4,089 inqas.

Aqra aktar

Jibku t-telfa ta’ 100,000 passiġġier li ġejjin Malta minflok

F’Ġenova qed jibku t-telfa ta’ 100,000 passiġġier, li f’sentejn se jiġu pajjiżna minflok.

“Malta se tkun homeport mill-ġdid fl-2017” jgħid artiklu fuq La Stampa, b’referenza għall-cruises tal-kumpanija P&O, li fost il-cruiseliners għandha Oceana. Dan se jibda juża lil Malta bħala post minn fejn jitlaq u jasal lura.

It-Taljani rrapportaw l-aħbar ikkonfermata mill-Ministru Edward Zammit Lewis, flimkien mal-fatt li  P&O għażlu li ma jibqgħux joperaw mill-port marittimu ta’ Ġenova.

“Ġenova b’hekk, f’pass wieħed, tilfet ir-rwol prezzjuż tagħha bħala post għal P&O fil-Mediterran. Tiflet dak li jwassal il-ġid lejn l-art u t-traffiku minn u lejn l-ajruport Cristoforo Colombo” itemm jgħid l-artiklu, konxji mill-fatt li dan ix-xogħol issa se jibda jinġieb lejn il-Belt Valletta.

Aqra aktar

Rapport tas-Sunday Times “intiż biss sabiex joħloq inċertezza”

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fi stqarrija rrefera għal dak li ntqal ilbieraħ fis-Sunday Times, fejn saru insinwazzjonijiet dwar il-business plan, inkluż ir-rotot li ser tkun qed topera l-linja tal-ajru Air Malta skont l-istess business plan mal-Alitalia.

Kif stqarr preċedentament, il-Ministeru jiċħad kategorikament li l-linja tal-ajru ser tkun feeder airline. Il-Gvern jiċħad ukoll li hu ftiehem dak li qed jiġi allegat fl-imsemmi rapport.
Aqra aktar

Malta bażi għal kumpanija oħra tal-cruise liners

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar li P&O cruises se tkun qed topera fuq bażi ta’ home porting f’pajjiżna għas-snin 2017 u 2018.

Bil-cruise liner Aurora bħala sfond, il-Ministru qal li fl-2017 se jkun hemm iktar minn 100,000 moviment tal-passiġġieri bil-programm ta’ fly and cruise, permezz ta’ 27 fil-Valletta Cruise Port.Aqra aktar

BREXIT u Malta: “sfida kbira imma mhux qalbna maqtugħha”

Is-suq Ingliż ifisser 30% tas-settur turistiku Malti. Id-djufija tal-isterlina tista’ taffetwa lit-turist Ingliż, għaliex huwa aktar għoli għalih biex jiġi pajjiżna. Iżda għadu kmieni, u din is-sitwazzjoni għandha tistabilizza.

Dan qalu l-Ministru Edward Zammit Lewis waqt seminar tal-MHRA b’reazzjoni għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Possibbiltà li l-Isle of MTV jibda jsir fuq medda ta’ ġimgħa

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li diriġenti mill-Isle of MTV, Viacom Media Networks, qed jinnegozjaw mal-awtortijeit Maltin sabiex il-kunċert jibda jsir fuq medda ta’ aktar  jiem. Biex minflok serata ta’ mużika, jiġi jixbah aktar il-kunċett ta’ music week, avvenimenti popolari ferm barra minn xtutna. Il-Minsitru spjega li ladarba jsir investiment daqshekk qawwi, tkun tagħmel sens li l-avveniment idum aktar, u b’hekk ikun ta’ benefiċċju għal pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend