Edward Zammit Lewis – Page 5 – One News

Notifiki

Il-ħaddiema protagonisti tas-suċċess turistiku f’pajjiżna

 

Fl-indirizz tiegħu waqt żjara f’żewġ lukandi, waħda fil-Qawra u oħra f’San Ġiljan, u kif ukoll f’ristorant ġewwa l-Qawra, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis saħaq kif il-ħsieb wara dawn iż-żjarat hu li jingħata apprezzament lill-ħaddiema f’dan is-settur li, f’dawn iż-żminijiet marbutin maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ikunu impenjati ferm aktar mis-soltu.

Aqra aktar

Sena eċċellenti għall-lukandi u ristoranti f’pajjiżna!

Kienet sena eċċellenti għall-lukandi u r-ristoranti f’pajjiżna, bil-maġġoranza tagħhom illejla stess se jilqgħu mijiet ta’ klijenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena.

Dan kien kumment li spikka matul żjara fil-lukanda Qawra Palace li għamel il-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis.

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru

Dak li ġara jumejn qabel il-Milied seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. F’każ li jseħħ xi forma ta’ inċident bl-ajru f’territorju Malti, jeħtieġ li esperti jkun mħarrġa, kemm għal dak il-ħin kif ukoll għal waqt l-investigazzjonijiet.

Intlaħaq ftehim bejn entità Maltija li twettaq ħidma b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru, u entità simili Ingliża. Il-Maltese Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) iffirmat ftehim mal-Air Accidents Invegstigation Branch fi ħdan id-Dipartiment tat-trasport fir-Renju Unit.

L-għan hu li ż-żewġ entitajiet jikkoperaw b’rabta ma’ inċidenti bl-ajru u l-investigazzjonijiet li jseħħu wara. Flimkien se jaqsmu esperjenzi u metodi f’diversi aspetti tekniċi. Se jiddiskutu l-użu ta’ għodda adattata u t-tip ta’ riċerka li qed issir u li teħtieġ issir.

Aqra aktar

It-temp wieħed mill-ikbar raġunijiet għala drama Ġermaniża nħadmet hawn Malta

‘Styx’ huwa isem drama Ġermaniża li għandha kemm inġibdet hawn Malta. Filfatt il-filming sar kollu f’pajjiżna fuq 33 jum, fix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru.
Minħaba nuqqas ta’ spazju fuq id-dgħajsa fejn sar il-filming, li fiha 40 pied, it-tim tal-produzzjoni ma kienx kbir għal standards barranin. Kienu biss ħamsin il-membri li li ħadmu fuqu u 120 extra minbarra l-atturi.
Il-filming sar fil-baħar, fiz-zona taċ-Ċirkewwa u l-Marfa, fil-Marina ta’ Tax-Xbieb u fit-tankijiet tal-ilma tal-Mediterranean Film Studios. Żewġ kumpaniji lokali minn Small Islands Films Ltd għendu fil-produzzjoni.

Aqra aktar

Żewġ seaplanes joffru spettaklu fil-Port il-Kbir

L-ibħra kalmi, f’għodwa sabiħa raw żewġ ajruplani tal-baħar jew kif magħrufin, seaplanes iduru u jagħtu spettaklu fil-Port il-Kbir f’attivita ma’ waħda mill-eqdem skejjel ta’ taħriġ fid-dinja f’dan il-qasam, l-Aero Club Como.
Fil-fatt, kienu l-Malta Seaplanes Association il-moħħ ewlieni wara l-avveniment Como-Malta rally, bil-għan li biex jerġgħu iqajmu din l-industrija b’potenzjal li kapaċi tiġbed lejn pajjiżna turiżmu ta’ livell. L-istorja ta’ Malta u dawn l-ajruplani tmur lura ‘l fuq minn mitt sena, tant li l-ewwel forma ta’ ajruplan li qatt tar fuq pajjiżna kien propju ta’ dan it-tip.
Johnathan Galea, organiżżatur kif ukoll pilota Malti li ilu snin jtajjar dawn l-ajruplani f’Como, spejga li s-sewqan tagħhom jirrikjedi għadd ta’ sfidi speċjalment mal-elementi tal-maltemp. F’din l-attivita, kien hemm preżenti, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li saħaq dwar kemm huwa importanti li l-pajjiż ikompli jinvesti fl-industrija tal-avjazzjoni billi jġib fuq quddiem nett niċeċ ġodda kif ukoll dawk tradizzjonali lura bħal ajruplani tal-baħar.

Aqra aktar

Ħidma id f’id li tħalli l-frott

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet waqt il-preżentazzjoni tal-attivitajiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena fil-gżira Għawdxija.

Il-kumitat organizzattiv ‘Milied f’Għawdex’ ħejja programm vast għal dawn iż-żmenijiet ta’ festi fejn għal sena oħra l-inizjattivi relatati mal-Milied inġabru taħt kappa waħda. B’hekk Għawdex se jiġi reklamat bħala destinazzjoni turistika ewlenija għall-Milied. L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) tagħti sostenn qawwi lil din l-inizjattiva ‘Milied f’Għawdex’.
Aqra aktar

Ċkejknin imma diġa’ interessati fit-turiżmu

Waqt attività marbuta mal-kampanja CHOICE f’lukanda ewlenija, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li huwa ta’sodisfazzjon li tara studenti ta’ età pjuttost żgħira li qed juru interess fl-industrija tat-turiżmu.

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, Malta diġà laqgħet ’il fuq minn 1.5 miljun turist, żieda ta’ 8.2% iktar mis-sena l-oħra.  Kif wieħed jista’ jimmaġina, dawn in-nies kollha joħolqu domanda għal servizzi u prodott ta’ kwalità. Għaldaqstant investiment fil-karrieri fit-turiżmu huwa ferm importanti, saħaq il-Ministru.

Propju minħabba dan, 15-il sena ilu l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta nediet il-kampanja CHOICE sabiex tkabbar l-għarfien dwar il-karrieri li jeżistu f’din l-industrija tant vasta.  Din il-kampanja hija mmirata għal studenti fl-iskejjel sekondarji, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu.  Dan il-programm joffri lill-istudenti tat-tielet sena sekondarja l-opportunità li jżuru lukandi diversi biex jieħdu għarfien ta’ kif titmexxa u x’karrieri wieħed jista’ jsib.

Aqra aktar

It-taħdidiet mal-Alitalia għadhom għaddejjin

 

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis illejla qal fil-parlament li t-taħdidiet mal-Alitalia dwar is-sħubija strateġika għadhom sejrin, bażati fuq il-parametri li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tibqa’ f’idejn il-Gvern, li l-Air Malta tibqa’ ttir bil-brand eżistenti u li tiġi mħarsa in-network turistika.

Meta wieġeb mistoqsijiet ta’ Mario de Marco,  il-Ministru Zammirt Lewis qal li l-Gvern mhux interessat f’soluzzjonijiet proviżorji (quick fixes) kif kienu għamlu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li tilfu ħafna żmien biex isibu partner stateġiku u jsolvu l-problema b’mod permanenti.

Aqra aktar

Send this to a friend