Edward Zammit Lewis – Page 4 – One News

Notifiki

Ħidma bla waqfien fis-settur turistiku

Ir-riżultati fil-qasam turistiku mhux jaslu kumbinazzjoni u m’hemm ebda ħsieb li l-ħidma tikkalma.

Dan kien il-messaġġ meta l-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, żar l-uffiċini l-ġodda tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, wara li ħarġet statistika pożittiva oħra.

Il-Ministru Zammit Lewis innota kif meta wieħed iqabbel sena ma’ sena jara titjib konsiderevoli fil-wasliet ta’ turisti. Iżda, jispikkaw iktar meta mqabbla mar-riżultati fl-aħħar amministrazzjoni.

Aqra aktar

“Il-ħaddiema huma l-protagonisti tas-suċċess li qed niksbu fit-turiżmu”

Waqt l-avveniment tal-iStar Awards, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis wera l-apprezzament tiegħu lejn is-suċċess li kisbu ħaddiema fis-settur turistiku. Din l-inizjattiva tinċentiva lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam turistiku sabiex joffru servizz ta’ livell għoli lill-klijenti u t-turisti li jżuru pajjiżna.

Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq li s-servizz huwa parti essenzjali f’din l-industrija biex b’hekk pajjiżna jibqa’ kompettittiv. Għal dan il-għan dawn il-premijiet jirrikonoxxu l-isforzi ta’ dawn il-ħaddiema li kontinawament joffru servizz tal-aqwa kwalità.

Aqra aktar

“Simon Busuttil artist fl-ipokrezija politika”

Ċar u dirett il-messaġġ tal-Partit Laburista dwar l-applikazzjoni ta’ Toni Bezzina biex jibni villa f’ODZ. F’konferenza tal-aħbarijiet tkellmu d-deputat Franco Mercieca u l-Ministru Edward Zammit Lewis. “Dan hu każ ieħor fejn il-PN jippriedka ħaġa u jagħmel mod ieħor,” qal Mercieca li nnota kif Bezzina applika fuq isem martu biex jinħeba. Bil-pjanti f’idejhom il-kelliema urew kif l-applikazzjoni ma kinetx għal riġenerazzjoni ta’ żewġt ikmamar kif qal Toni Bezzina.

Aqra aktar

Opportunitajiet ikbar għal films indiġeni

 

Pajjiżna ffirma l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Koproduzzjoni Ċinematografika. Iffirmar li seħħ nhar it-Tnejn f’Rotterdam mill-Ministru Edward Zammit Lewis u fil-preżenza tal-Kummissarju għall-Films Engelbert Grech, li kienu preżenti għas-sitta u erbgħin edizzjoni tal-Film Festival ta’ Rotterdam.

 

B’dan l-iffirmar f’pajjiżna mistennija jinħolqu iktar opportunitajiet għal films indiġeni.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: JIEQFU N-NEGOZJATI MAL-ALITALIA

Il-Gvern dejjem kien konsistenti li ser iqabbel fejn jaqbillu fejn tidħol sħubija strateġika tal-Airmalta. Kien f’dan l-ispirtu li daħal f’MOU mal-Alitalia fis-sena 2015. Dan kien pass kuraġġjuż li l-ebda amministrazzjoni qablu ma kellha l-ħeġġa li tagħmel għalkemm illum hawn kunsens wiesgħa li hekk għandu jsir sabiex l-Airmalta jkollha direzzjoni strateġika wara l-pjan ta’ ristrutturar.
Għalhekk f’dan il-każ, il-Gvern ħass li għalkemm għamel minn kollox għal xhur twal, ma setax jasal għal sħubija li taqbel għall-Airmalta, għas-settur turistiku Malti u għal ekonomija b’mod ġenerali.

Huwa mifhum li bi ftehim bejn il-partijiet involuti, waqfu dawn in-negozjati mal-Alitalia.

Madanakollu, il-Gvern mhux ser jaqta’ qalbu u ser jibqa għaddej bil-pjan tiegħu li jġib lil Airmalta kummerċjalment vijabbli u bit-tibdil intern li dan jinħtieġ, wara li irnexxielu jnaqqas it-telf tal-istess linja tal-ajru b’mod konsiderevoli, jilħaq il-maġġoranza tal-objettivi tal-pjan ta’ ristrutturar u jieħu deċiżjonijiet kummerċjalment importanti u bżonnjużi ħafna li kienet ilha ssir prokrastinazzjoni dwarhom għal snin twal.

Intant il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Alitalia kkonfermaw fi stqarrija uffiċjali li l-Air Malta u l-Alitalia qablu b’mod konġunt li se jkunu qed jitterminaw it-taħditiet li kienu se jwasslu lil Alitalia biex issir azzjonist ta’ 49% tal-Air Malta.

L-Air Malta u l-Alitalia se tkompli tikkollabora mill-qrib kummerċjalment permezz ta’ code sharing programme estensiv li diġà jinsab fis-seħħ.

Għawdex destinazzjoni fiha nnifisha

Fost dawk li gawdew miż-żieda rekord fis-settur turistiku kien hemm Għawdex. Xi ħaġa li kienet nnotata llum meta l-Ministru għat-Turiżmu żar diversi lukandi fejn is-sentiment kien wieħed komuni. Bħal f’Malta Għawdex kien hemm rekord fit-turiżmu.

Aqra aktar

Lukandi ta’ erba’ stilel l-aktar imfittxija – riżultati eċċellenti f’Ottubru

L-ammont ta’ persuni li qattgħu ljieli f’lukandi u akkomodazzjonijet hawn Malta żied bi kważi 1% u l-ammont ta’ ljieli li qattgħu żdied b’0.4% f’Ottubru li għadda, meta mqabbel ma’ Ottubru 2015.

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma li l-ammont ta’ persuni f’akkomodazzjonijiet laħħaq l-160,431, u kienet irreġistrata żieda f’lukandi ta’ erba’ u żewġ stilel.

Aqra aktar

Send this to a friend