Edward Zammit Lewis – Page 3 – One News

Notifiki

Id-dawra ta’ Buġibba ħadet ir-ruħ

L-ewwel proġett mill-kontribuzzjoni ambjentali, dak ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq it-toroq ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-baħar daħal fl-aħħar fażi tiegħu. Dan hekk kif 75% ta’ dan il-proġett huwa lest u se jkun konkluż fit-tielet ġimgħa ta’ Ġunju.

Il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi u l-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis żaru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq dawn it-toroq.

Aqra aktar

Bħal ma nstabet soluzzjoni fil-każ tal-Enemalta, tinstab wkoll soluzzjoni għall-Air Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministri Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici ndirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li nkiseb u l-miri li għandu l-pajjiż fit-turiżmu u l-kultura.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li ftit jiem ilu ġew iffirmati żewġ MOU ma’ tour operator u bank Ċiniż biex jiġu 10,000 turist Ċiniż lejn Malta. Il-Prim Ministru qal li se tkun sfida mhux żgħira, għaliex hemm kwistjoni ta’ nies imħarrġa, nies li jafu s-sistemi bankarji u kulinarji Ċiniżi, u aspetti oħra li jidhru żgħar imm fil-verità jagħmlu differenza kbira.

Il-Ministru Zammit Lewis spjega l-istrateġija ta’ tkabbir li għandu Gvern Laburista. L-aspirazzjoni hi li jattira lejn pajjiżna numru dejjem akbar ta’ turisti matul is- sena kollha. L-objettiv aħħari hu li kull turist jitkellem tajjeb, u jerġa’ jiġi Malta jew jirrakomanda lil pajjiżna. 

Aqra aktar

PATH – rikonoxximent tal-esperjenza fil-qasam turistiku

Tnediet konsultazzjoni pubblika bl-isem ta’ Path-Profeciency Acknowledgement in Tourism and Hospitality Initiative (PATH). Inizjattiva li għandha l-għan li tħalli impatt pożittiv fuq il-ħaddiema fis-settur turistiku.

Din il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuħa għall-ġimgħatejn illi ġejjin u qed issir wara li saru għadd ta’ workshops mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Imsieħba kollha involuti.

Aqra aktar

“Vot ta’ fiduċja fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta” – Edward Zammit Lewis

It-tieni linja tal-ajru ġdida tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nediet l-operat skedat tagħha lbieraħ, bl-ewwel titjira skedata tasal minn Hamburg kmieni filgħaxija. Airbus A320 bil-kuluri isfar u griż ta’ Condor intlaqa’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bis-salut tradizzjonali tal-ilma.

Barra li ser tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn Hamburg, Condor ser tkun qed issaħħaħ il-konnessjoni tal-MIA mal-ajruport ta’ Frankfurt permezz ta’ titjiriet sa Ottubru. L-ajruport ta’ Frankfurt huwa wieħed mill-bażijiet prinċipali minn fejn topera Condor u jservi bħala punt tat-tluq ta’ ħafna mit-titjiriet fit-tul tal-linja tal-ajru lejn għadd ta’ destinazzjonijiet fl-Afrika u l-Kontinent Amerikan.

Aqra aktar

Open Air Gym f’Tas-Sliema b’investiment ta’ €12,000

Waqt l-inawgurazzjoni tal-Open Air Gym f’Tas-Sliema, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li jinsab kburi u kuntent li qed iniedi proġett bħal dan li huwa mmirat jseħħab din iż-żona turistika tant importanti, iżda wkoll biex jagħti inċentiv lill-pubbliku biex jieħu iktar ħsieb saħħtu.

“Dan l-investiment ta’ €12,000 jinkludi wkoll l-arranġamenti tal-bankijiet f’din iż-żona, tqegħid ta’ pjanti biex isebħu l-ambjent kif ukoll saru l-gradi fl-entraturi għall-aċċess tal-gym,” żied jgħid il-Ministru.

Huwa sostna li tnejn mill-erba’ objettivi għas-sena 2017 huma propju l-investiment u l-effiċjenza sabiex jitjieb il-prodott Malti. Huwa saħaq kemm huwa importanti sabiex jintużaw aħjar ir-riżorsi tagħna, nassiguraw prodott aħjar għall-Maltin u għat-turisti kif ukoll naraw illi xogħol fuq il-prodott ikun aktar immirat skont il-ħtiġijiet ta’ dawk kollha illi jiġu affetwati fiż-żoni turistiċi.

Aqra aktar

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa falz”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa falz. Xi ħaġa li kkonkludew il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet li għadha kif intemmet ftit tal-ħin ilu. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-Gvern erba’ snin ilu sab li ma kienx hemm liġi tal-finanzjament tal-partiti politiki u xejn ma kien regolat.

F’dak iż-żmien il-Gvern għamel konsultazzjoni ma’ membri anke tal-Oppożizzjoni biex din il-liġi verament tirrifletti serjetà, iżda llum sirna nafu li f’dak iż-żmien li l-PN ried din il-liġi, fl-istess ħin qed joħloq skema b’irċevuti foloz biex ikisser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti fil-waqt li nieda skema ċedoli.

Aqra aktar

Simon Busuttil FALZ

  • TLIET MISTOQSIJIET GĦAL BUSUTTIL

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Edward Zammit Lewis u Gino Cauchi tkellmu fuq il-fatti li saru magħrufa l-bieraħ dwar il-Partit Nazzjonalista.

Intqal li l-Partit Laburista ma setax ma jikkummentax dwar il-falzità ta’ Simon Busuttil. Ilu erba’ snin jikkampanja fuq good governance u trasparenza. Issa nqabad bl-aktar mod ċar kemm kiser il-good governance fil-finanzjament tal-partit tiegħu. Kien jiktellem fuq good governance meta hu stess kien jeżiġi li jitħallsu mill-privat l-ogħla karigi ta’ nies fil-PN.

Aqra aktar

Send this to a friend