Edward Zammit Lewis – Page 2 – One News

Notifiki

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg huwa kruċjali għal djalogu soċjali b’saħħtu- Edward Zammit Lewis

“Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hu ċentrali fil-politika tagħna li nassiguraw xogħol diċenti għal kulħadd u li nipproteġu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha. Għalhekk se ninvestu bi sħiħ fir-riżorsi tal-istess dipartiment biex ikompli jaqdi dawn ir-rwoli tant importanti bl-aqwa mod possibli.” Aqra aktar

‘Il-progress Malti għandu jservi t’ispirazzjoni għall-proposti leġiżlattivi kuraġġjużi fuq livell Ewropew’ – Il-Ministru Zammit Lewis 

L-Unjoni Ewropea għandha ssegwi l-progress ta’ Malta bi proposti leġiżlattivi b’saħħithom li jħarsu bi sħiħ id-drittijiet umani tal-persuni LGBTIQ. Saħaq dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Dr Edward Zammit Lewis waqt li kien qed jindirizza konferenza dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ fi Brussell. Konferenza bis-sehem tal-Kummissarju Ewropew Věra Jourová li matulha spikka l-progress leġiżlattiv f’Malta bħala eżempju tajjeb ta’ fejn għandha tasal l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. Aqra aktar

“Jekk nagħmel l-istess xogħol ħaqqni l-istess dħul”- Josianne Cutajar

Fi stqarrija l-Membru Parlamentari Ewropew, Josianne Cutajar stqarret li “Mhux aċċettabbli li ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol ikollhom dħul u kundizzjonijiet differenti” – dan enfasizzatu l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Josianne Cutajar, meta tkellmet dwar ir-realtà ta’ ħafna ħaddiema, li minħabba li huma impjegati ma’ kuntrattur, ma jibbenefikawx mill-istess kundizzjonijiet li jgawdu ħaddiema direttament impjegati mal-kumpanija, li jagħmlu l-istess kwalità ta’ xogħol fl-istess post tax-xogħol. Aqra aktar

Delegazzjoni parlamentari tipparteċipa fis-LX laqgħa tal-COSAC

Edward Zammit Lewis u Toni Bezzina, chairperson u membru rispettivament tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ipparteċipaw fis-LX Laqgħa tal-Kumitati Parlamentari tal-Unjoni Ewropea dwar l-Affarijiet Ewropej (COSAC) fi Vjenna, bejn id-19 u l-20 ta’ Novembru 2018 bħala parti mil-laqgħat interparlamentari tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bit-tema ‘Ewropa li tipproteġi’. Din il-laqgħa tiġi organizzata f’kull presidenza bħala parti mil-laqgħat interparlamentari li jinżammu matul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Il-Gvern se jibqa’ kalm u seren biex jieħu l-aqwa deċiżjonijiet għall-familji Maltin u Għawdxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għandu jiddikjara minnufih jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni li għamel id-deputat Simon Busuttil fil-Parlament, li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iddikjaraw dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri u d-Deputat Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet.Aqra aktar

Bil-filmat: Edward Zammit Lewis elett

Ftit tal-ħin ilu tħabbar kif ġie elett Edward Zammit Lewis minn fuq it-tmien distrett.

Zammit Lewis ġie elett fuq it-tmien distrett, distrett li ċeda Edward Scicluna fejn kienu biċ-ċans li jiġu eletti Rosianne Cutajar, Rachel Tua, Ian Castaldi Paris u Edward Zammit Lewis.

L-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali beda dalgħodu sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista.

Send this to a friend