Notifiki

BIL-FILMAT: Ftehim għal ġustizzja effettiva

Ftehim bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali ser iwassal għal koperazzjoni aktar effettiva bejn iż-żewġ entitajiet.  Dan hekk kif jistipola sett ta’ regolamenti sabiex id-drittijiet tal-persuni li jkunu qegħdin jiġu arrestati, interrogati jew miġjuba quddiem il-Qorti jkunu ssalvagwardjati.

Fost l-oħrajn il-ftehim ser iwassal sabiex jiggarantixxi li l-akkużat jingħata minn tal-inqas siegħa ċans qabel ikun mixli quddiem il-Qorti sabiex jitkellem mal-Avukat tal-għajnuna legali tiegħu.  B’hekk in-nuqqas ta’ abilità li l-akkużat ikollu sabiex iħallas avukat tal-għażla tiegħu bl-ebda mod ma  jippreġudikah fil-proċess quddiem il-Qorti.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis stqarr kif ir-rappreżentanza legali tal-persuna, irrelevanti mill-mezzi li jkollha huwa massimu legali li huwa rifless permezz ta’ dan il-ftehim.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Konsultazzjoni pubblika għal bdil fil-liġi tal-Condominia

Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fil-liġi tal-Condominia.  Din il-liġi taffetwa lil kull min joqgħod f’appartamenti u jagħmel użu mill-komun tal-binja.  B’hekk permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li ser jagħlaq fil-31 ta’ Marzu, ser tkun qed tingħata ħarsa lejn il-bżonnijiet u l-preokkupazzjonijiet ta’ persuni li jintlaqtu minn din il-liġi li saret fl-1997, qabel din isirilha it-tibdil neċessarju.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis spjega kif malli jingħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni ser ikun qed jitlaqqa’ ‘working commitee’ magħmul min-numru ta’ esperti sabiex jitlesta l-abbozz bl-emendi neċċessarji skont il-proposti mressqa mill-pubbliku.

Aqra aktar

Inawgurati l-uffiċini ġodda għall-Avukat tal-Istat

Ġie inawgurat b’mod uffiċjali l-bini li minnu ser ikunu qed joperaw l-avukati fl-uffiċċju tal-avukat tal-istat.  Dan wara restawr estensiv li sar f’Casa Scaglia fil-Belt Valletta li nbidlet fl-uffiċini ġodda għal dan l-avukat b’funzjoni kostituzzjonali. Aqra aktar

F’pajjiżna tirrenja d-demokrazija – il-Ministru Zammit Lewis wara li għaddew sitt liġijiet favur is-saltna tad-dritt

Il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis spjega kif dawn huma l-akbar riformi li saru mindu ġiet dikjarata l-kostituzzjoni tar-Repubblika u sejjaħ dan bħala jum storiku għall-pajjiżna.

Fil-fatt, stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza stqarret kif dan kollu se jwassal biex pajjiżna jikseb kredibilità kbira f’fora Ewropej u internazzjonali bħala nazzjon.

Malta hija nazzjon fejn tirrenja d-demokrazija effettiva u fejn hemm rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt, u l-governanza t-tajba f’pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend