Edward Scicluna – Page 9 – One News

Notifiki

Malta mal-mejda tal-G20

Għall-ewwel darba fl-istorja Malta se tkun madwar il-mejda f’summit tal-G20, forum internazzjonali li jiġbed madwar il-mejda l-iktar għoxrin ekonomiji b’saħħithom fid-dinja. Dan riżultat tal-fatt li Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ġimgħa l-forum se jlaqqa’ lill-Ministri għall-Finanzi ta’ dawn il-pajjiżi u għalhekk se jkun qed jattendi l-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna.

Aqra aktar

Approvat il-finanzjament għall-proġett tal-housing soċjali

Fis-sessjoni ta’ Gvern li jisma’, l-Ministru Michael Farrugia ħabbar li żewġ banek internazzjonali se jkunu qed joffru l-finanzjament għall-proġett ta’ housing soċjali li jiswa €58 miljun, liema finanzjament ġie approvat. Il-Ministru spjega li dan il-proġett se jibda fil-jiem li ġejjin.

“Malta jistħoqqilha aħjar, aħna niddefendu lil pajjiżna kontra l-gideb” – Edward Scicluna

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-politika tal-Gvern qed twassal għar-riżultati tanġibbli u li jxejnu gidbiet preżentati fil-mezzi tax-xandir, dan saħqu l-Ministru għall-finanzi Edward Scicluna fid-dawl tal-erba’ rapporti pożittivi li rċieva pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet. Rapporti li jitkellmu dwar dimensjonijiet differenti tas sostennibilita tal ekonomija maltija issa u fiż-żmien li ġej.

Aqra aktar

Il-Ministru Edward Scicluna jirreaġixxi għal rapporti fil-mezzi tax-xandir Ġermanizi

“Lest li nikkumbattu dan ir-rapport linja linja. Malta b’wiċċha minn quddiem neħħiet is-segretezza, għandha t-trasparenza u dejjem ġiet evalwatha kull sentejn għalekk m’għandniex minn xix niddejqu.”

Hekk qal il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fuq PJAZZA lbieraħ fid-dawl ta’ rapporti li dehru fuq il-midja Ġermaniża u kif ukoll lokali, fejn intqal li Malta hu post fejn wieħed jista’ jaħrab mit-taxxa.

Aqra aktar

Is-settur tal-enerġija diskuss fil-Parlament

Il-Parlament iddibatta s-settur tal-enerġija wara mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Mozzjoni li fost oħrajn titlob il-pubblikazzjoni tal-kuntratti b’rabta mal-impjant tal-gass u ftehimiet oħra fis-settur. Dokumenti li diġà kienu ppubblikati fl-aħħar sigħat u li ċ-ċittadini jistgħu jarawhom billi jidħlu online.

Il-proġett diskuss huwa l-proġett li wassal għal roħs fit-tariffi tal-enerġija u għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea f’kull aspett tiegħu b’Kummissarji Ewropej differenti jinnotaw l-impatt pożittiv tiegħu u l-mod kif inbena skont ir-regoli kollha Ewropej.

Aqra aktar

“Serħan il-moħħ” – Edward Scicluna dwar it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea ppublikat it-tbassir ekonomiku tax-xitwa. Fost oħrajn qalet li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ iktar qawwi mill-medja Ewropea u l-qgħad se jibqa fl-iktar livelli baxxi.

Id-defiċit se jerġa’ jitjieb ukoll, u kien rivedut it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għall-2014 u l-2015. Dan laħaq il-livelli ta’ 7.9%, jiġifieri l-ogħla minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Irreaġixxa l-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

Il-Gvern irkupra flejjes mill-każ Swiss Leaks

L-investigazzjoni tal-awtoritajiet Maltin b’rabta ma’ Swiss Leaks waslet biex il-Gvern irkupra flejjes. L-ammont irkuprat kien infurmat bih il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna.

Għalkemm ma tax dettalji fil-kumitat, kollox jindika li dan ilaħħaq miljuni ta’ ewro. Il-Ministru tal-Finanzi ta dettalji dwar dan quddiem il-Kumitat Ekonomiku u tal-Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew fejn qed jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija.

Fid-dawl li l-Presidenza Maltija għandha fuq l-aġenda tagħha kwistjonijiet marbutin ma’ iktar trasparenza u dixxiplina finanzjarja ma naqsux domandi dwar l-istess Swiss Leaks u l-Panama Papers. Dwar din tal-aħħar, il-Ministru tal-Finanzi qal li għad hemm investigazzjonijiet għaddejin.

Aqra aktar

Send this to a friend