Ilum tnediet skema li kienet mħabbra fl-aħħar Baġit, jiġifieri t-tnaqqis tal-boll, minn 5% għal 1.5%, għal meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan għandu jgħin ħafna negozji tal-familja biex jibqgħu mexjin ’il quddiem.
Ħabbru t-tnedija l-Minsitri Chris Cardona u Edward Scicluna.
Il-Ministru Cardona qal li kif ħareġ ċar mir-riċerka u konsultazzjoni pubblika, is-suċċessjoni tan-negozji tal-familja hija l-aktar proċess ta’ sfida li n-negozji tal-familja jkollhom jgħaddu minnu minħabba li, jekk ma jsirx tajjeb, jista’ jirriżulta t-tmiem tan- negozju tal-familja.
Aqra aktar