Notifiki

Tnaqqis ta’ €69 miljun fid-defiċit din is-sena

Fl-ewwel ħames xhur tas-sena ġie rreġistrat tnaqqis ta’ €68.7 miljun fil-fond konsolidat meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel mal-ewwel ħames xhur tas-sena 2016, id-defiċit kien ta’ €71.3 miljun filwaqt li d-defiċit din is-sena niżel għal €2.6 miljun. 

Aqra aktar

Inqas dewmien fl-appelli mill-kumpaniji

Fl-2016 kumpaniji privati li ressqu appelli mal-awtoritajiet dwar xi tender stennew ferm inqas biex l-appell jinstema’ u jkunu jistgħu ikomplu bil-proġetti tagħhom.

Dan ifisser li l-kumpaniji Maltin qed igawdu minn servizz pubbliku iktar trasparenti u effiċjenti li mhux qed iħalli ebda xkiel fit-twettieq tal-ħidma tal-kumpaniji kbar, żgħar, u medji f’pajjiżna.

Aqra aktar

Edward Scicluna jitfa’ n-nomina għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tefa’ n-nomina tiegħu għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Kariga li sservi ukoll bħala Deputat Prim Ministru.

Il-ħatra tħalliet vakanti mill-ex Deputat Prim Ministru Louis Grech. In-nomini bdew jintlaqgħu minn nhar t-Tlieta u jgħalqu llum fis-7:30 ta’ filgħaxija.

“Bi Gvern sod il-pajjiż jirreżisti l-attakki” – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li se tkun qed tingħata importanza lill-kwistjoni tal-Malta Files u l-Gvern se jkun sod fuq id-difiża tas-sistema ta’ tassazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji tal-pajjiż. Il-Prim Ministru tenna li għandna nkunu kburin bis-sistema li għandna f’pajjiżna u li jeħtieġ li nħarsuha.

Il-Prim Ministru spjega li mhux vera li pajjiżna għandu kumpaniji offshore u sigrieta kif qed jiġi rrapportat fl-attakk li qed tagħmel il-midja internazzjonali fuq pajjiżna. Qal ukoll li dan l-attakk ilu jinħema u jaf sar minħabba l-Presidenza Maltija.

Huwa qal li s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna ilha l-istess minn meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea u din is-sistema ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea u l-OECD u għalhekk dan l-attakk għandu l-għan li jagħti daqqa’ lil pajjiżna.

Aqra aktar

Il-miżuri tal-PN jiswew €320 miljun u jdaħħlu lil pajjiżna fl-EDP

Il-miżuri tal-Partit Nazzjonalista jiswew €320 miljun u jdaħħlu lil pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP).

Spjega dan il-Minsitru Edward Scicluna, li f’konferenza tal-aħbarijiet fisser, miżura b’miżura, dak li qed jipproponi Gvern Laburista u dak li qed jgħid li se jagħmel Gvern Nazzjonalista. Dan tal-aħħar qed jipproponi miżuri li saħansitra mhumiex costed jew sostenibbli.

Il-Ministru Scicluna qal li l-elettorat irid jevalwa l-miżuri li ilu jisma’ bihom permezz ta’ tliet kriterji. Irid isaqsi kemm se jiswew, jgħinux lil min għandu ħafna flus jew inkella lil min hu fil-bżonn, u kemm se jibbenefikaw bies minnhom.

Aqra aktar

Send this to a friend