Edward Scicluna – Page 6 – One News

Notifiki

Illum id-Delegati jivvotaw għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Ilbieraħ filgħaxija, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sar l-għadd tal-voti għall-kariga tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament.

Votazzjoni li matula ebda kandidat ma ġab il-50% u vot u għalhekk it-tellieqa se tkompli llum din id-darba bejn żewġ kandidati: Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Aqra aktar

Dak li se jiġri llejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Illejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se tkun qed issir Konferenza Ġenerali Straordinarja li se tkun qed tlaqqa’ lid-delegati tal-Partit Laburista taħt saqaf wieħed biex fost oħrajn jivvotaw għall-preferenza tagħhom bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament.

Dan ipoġġi piż u responsabbiltà importanti fuq id-delegati tal-Partit Laburista hekk kif il-vot tagħhom se jkun qed iwassal għall-għażla finali ta’ Deputat Mexxej, għażla li jridu jagħmlu bejn tliet kandidati li huma l-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Chris Fearne u l-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

“Kompetenza, esperjenza u lealtà” – Edward Scicluna

“X’taħsbu li għandu bżonn il-Prim Ministru għall-futur għal dawn għas-snin li ġejjin?” Din hija l-mistoqsija li l-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li jridu jwieġbu d-delegati meta jiġu biex jivvutaw fl-elezzjoni għal deputat Prim Ministru għall-Affarijiet tal-Parlament. Dan qalu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fi ħdan il-Partit Laburista.
Huwa qal li sa mill-bidu tat-tmeninijiet huwa kien jaħdem mill-qrib ma’ mexxejja u uffiċjali għolja tal-partit kull fejn kien hemm bżonn. Qal li huwa kien mitlub mill-Prim Ministru biex jikkontesta din l-elezzjoni.

Aqra aktar

“Flimkien nindirizzaw l-isfidi tal-pajjiż”

 

Stqarrija maħruġa mill-Ministru Edward Scicluna

Jiena kburi li flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputat Prim Ministru Louis Grech, iffurmajna tim li wasal għal suċċessi ekonomiċi u finanzjarji bla preċedent.

Jiena qed noffri l-kompetenza, l-esperjenza u l-lealtà biex ma’ sħabi kollha fil-Kabinett, inkomplu niksbu s-suċċessi.

Minbarra sfidi li jġibu l-miżuri li tħabbru fil-manifest elettorali, pajjiżna qed jaffaċċja sfidi oħra iktar iebsa.

Dawn jirrigwardjaw il-bżonn li tissewwa l-ħsara kbira li saret mill-Oppożizzjoni lir-reputazzjoni ta’ Malta, speċjalment fil-kamp fiskali u finanzjarju fil-fora internazzjonali.

Kawża ta’ dan, nistenna li l-Prim Ministru, flimkien mad-Deputat Prim Ministru u uffiċjali oħra, se jkollhom iżuru bliet ewlenin, biex flimkien imexxu serje ta’ laqgħat u jagħtu preżentazzjonijiet ma’ mexxejja ewlenin fis-settur bankarju u istituzzjonijiet oħra.

Nemmen li jekk id-delegati Laburisti, is-sinsla tal-Partit, jagħtuni l-fiduċja, għandi l-kwalitajiet neċessarji biex nagħmel dan ix-xogħol ta’ sostenn għall-Prim Ministru Joseph Muscat.

Tnaqqis ta’ €69 miljun fid-defiċit din is-sena

Fl-ewwel ħames xhur tas-sena ġie rreġistrat tnaqqis ta’ €68.7 miljun fil-fond konsolidat meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel mal-ewwel ħames xhur tas-sena 2016, id-defiċit kien ta’ €71.3 miljun filwaqt li d-defiċit din is-sena niżel għal €2.6 miljun. 

Aqra aktar

Inqas dewmien fl-appelli mill-kumpaniji

Fl-2016 kumpaniji privati li ressqu appelli mal-awtoritajiet dwar xi tender stennew ferm inqas biex l-appell jinstema’ u jkunu jistgħu ikomplu bil-proġetti tagħhom.

Dan ifisser li l-kumpaniji Maltin qed igawdu minn servizz pubbliku iktar trasparenti u effiċjenti li mhux qed iħalli ebda xkiel fit-twettieq tal-ħidma tal-kumpaniji kbar, żgħar, u medji f’pajjiżna.

Aqra aktar

Edward Scicluna jitfa’ n-nomina għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tefa’ n-nomina tiegħu għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Kariga li sservi ukoll bħala Deputat Prim Ministru.

Il-ħatra tħalliet vakanti mill-ex Deputat Prim Ministru Louis Grech. In-nomini bdew jintlaqgħu minn nhar t-Tlieta u jgħalqu llum fis-7:30 ta’ filgħaxija.

Send this to a friend