Edward Scicluna – Page 5 – One News

Notifiki

Il-Ministru tal-Finanzi jindirizza l-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp fil-Qatar  

“Peress li hija gżira żgħira, Malta għandha ħafna x’toffri fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, fid-dawl tad-daqs żgħir tagħha u l-pressjonijiet varji tal-iżvilupp. Żewġ oqsma li jispikkaw huma l-ġestjoni tal-iskart solidu u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilm “, qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli f’Doha, Qatar fit-18 u d-19 ta’ Novembru 2017.

Aqra aktar

Politika prudenti u riformi strutturali avvanzati jikkontribwixxu għall-iktar ġid

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna laqa’ d-Dikjarazzjoni Konklussiva tal-Missjoni tal-Artikolu IV tal-FMI 2017, li jiddikjara li politika prudenti u riformi strutturali avvanzati kkontribwixxew għat-tisħiħ tas-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li l-ħolqien ta’ impjiegi stabbli niżżel il-qgħad għal livelli storikament baxxi.

“Għandi wkoll pjaċir ninnota li r-rakkomandazzjonijiet tal-FMI dwar il-bini ta’ buffers fiskali akbar li jsaħħu l-pożizzjoni fiskali ta’ Malta, diġà qed jiġu implimentati permezz tal-kisba ta’ bilanċ fiskali annwali. Barra minn hekk, permezz tal-Baġit tal-2018, qed nindirizzaw ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-FMI dwar akkomodazzjoni soċjali u affordabbli “, ifakkar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.Aqra aktar

Qed jirnexxilna li jkollna aċċess diversifikat għall-finanzi

“Introduċejna numru ta’ miżuri fiskali kollha mmirati biex jattiraw investituri biex jużaw istituzzjonijiet finanzjarji alternattivi fejn jistgħu jinvestu barra s-settur bankarju tradizzjonali. Tali diversifikazzjoni mhux biss se jżid l-għażliet t ‘aċċess għall-finanzi mill-operaturi ekonomiċi iżda tnaqqas l-ispiża tal-finanzi “, qal il-Ministru Edward Scicluna meta ndirizza l-Konferenza Annwali dwar l-Edukazzjoni għall-Investituri organizzata mill-Borża ta’ Malta. Aqra aktar

IL-BUDGET MAL-EWWEL DAQQA T’GĦAJN

  • ŻIEDA TA’ ĠURNATA OĦRA LIV
  • AKTAR TNAQQIS TA’ TAXXA GĦAL KULL MIN JAĦDEM
  • ŻIEDA TA’ €2 FIL-ĠIMGĦA GĦAL KULL PENSJONANT
  • €10,000 RIMBORS TA’ SPEJJEŻ GĦAL ADOZZJONI TA’ TFAL MINN BARRA L-PAJJIŻ
  • WARA 8 SNIN SE TIŻDIED IL-FOSTER CARE ALLOWANCE
  • REFUND TAT-TAXXA TAL-BOLL GĦAL MIN JIXTRI L-EWWEL U T-TIENI DAR
  • IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA GĦAS-SENA D-DIEĦLA SE TKUN TA’ €1.75 FIL-ĠIMGĦA
  • ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-IN-WORK BENEFIT
  • TNAQQIS BIN-NOFS TAL-PREZZ TAL-EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC
  • TALLINJA CARD B’XEJN GĦAL DAWK BEJN 16-20 SENA
  • SOCIAL LOANS BIEX AKTAR PERSUNI JSIRU SIDIEN TA’ DJARHOM
  • AĠĠUSTAMENT GĦALL-IMPJEGATI BIL-PAGA MINIMA
  • GOVERNMENT SAVINGS BONDS GĦALL-PENSJONANTI
  • €10.5 MILJUN OĦRA BIEX IKUNU NDIRIZZATI INĠUSTIZZJI TAL-IMGĦODDI
  • WHITE PAPER DWAR HOUSING AFFORDABBLI
  • XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’160 TRIQ RESIDENZJALI FL-2018
  • ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-IVF
  • €4.9 MILJUNI GĦAL PAGAMENTI EX-GRATIA GĦAL MIN KIEN IRREĠISTRA L-VETTURA FL-2007
  • €8.15 FIL-ĠIMGĦA FL-ALLOWANCE GĦALL-CARERS
  • SE TINFETAĦ SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS
  • TINQATA’ 20% INQAS MILL-PENSJONI T’ANZJANI LI JAGĦTU LURA L-POST TAL-GVERN MIKRI LILHOM META JMORRU F’DAR TAL-ANZJANI
  • INĦEĠĠU IKTAR INDIVIDWI JKOMPLU B’KORS POST-GRADUATE

Uħud mill-ħafna miżuri li ffurmaw il-baġit għas-sena d-dieħla. Baġit li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat “ta ħafna u ma ħa xejn”.

Ħruġ ġdid tas-62+ Government Savings Bond f’Ottubru

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa maħruġa nhar it-Tnejn 4 ta’ Settembru, l-Accountant General iħabbar l-allokazzjoni tal-applikazzjonijiet li rċieva mingħand individwi eliġibbli skont kif hemm provdut taħt paragrafu 10 (b) tal-prospett ippubblikat it-Tlieta 29 ta’ Awissu 2017.

It-Teżor irċieva 12,305 applikazzjoni għall-ammont totali nominali ta’ €107,100,900. Minħabba d-domanda qawwija li kien hemm, it-Teżor qed jeżerċita d-dritt li jalloka sa massimu ta’ €20 miljun aktar sabiex l-ammont aggregat li se jiġi allokat jitla’ sa massimu ta’ €70 miljun. L-allokazzjoni fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta (Settembru 2017) se tkun kif ġej: –

  • sottoskrizzjonijiet mingħand applikanti sa € 5,000 se jiġu milqugħa kollha;
  • sottoskrizzjonijiet mingħand applikanti ’l fuq minn €5,000 jiġu allokati  minimu ta’ €5,000 kull applikant flimkien ma’ ammont addizzjonali ta’ 22% fuq il-bilanċ  li ma  ġiex allokat, aġġustat ’il fuq għall-eqreb €100 (għal xi eżempji dwar x’ se jiġi allokat mill-ammont sottoskritt, ara t-tabella ta’ hawn taħt).
 
Ammont sottoskritt10,0009,0008,0007,0006,0005,0004,0003,0002,0001,000
Ammont allokat6,1005,9005,7005,5005,3005,0004,0003,0002,0001,000

Għalhekk, it-Teżor qed jalloka is-somma ta’ €69,895,000.

 

Opportunita` oħra lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx aċċettata kollha

It-Teżor javża li ser tingħata opportunità oħra lill-applikanti tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta li l-applikazzjoni tagħhom f’Settembru qabżet l-ammont ta’ €5,000 biex min irid jipparteċipa fi ħruġ ġdid li se jsir f’Ottubru 2017.  Dawn l-investituri ser jingħataw għażla permezz ta’ ittra li se tintbgħat lilhom fil-jiem li ġejjin sabiex flok jinħarġulhom ir-rifużjonijiet tal-ammonti mhux allokati mill-ewwel ħruġ, huma jkunu jistgħu jużaw dawn il-flus mhux allokati li  bħalissa huma miżmuma mit-Teżor, biex bihom jipparteċipaw fit-tieni ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta.

Applikanti li ser jirċievu l-ittra mit-Teżor u jagħżlu li jipparteċipaw għandhom jiffirmaw l-ittra u jmorru biha għand il-bank jew providitur ta’ Servizzi ta’ Investiment awtorizzat oħra fid-dati li se jkunu mħabbra aktar tard fil-prospett.   

 

Min jagħżel li ma jipparteċipax jinħariġlu r-rifużjoni

Jekk l-applikanti tal-ewwel ħruġ li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa kollha jagħżlu li ma jipparteċipawx fit-tieni ħruġ, lil dawn tinħarġilhom ir-rifużjoni tal-ammont mhux allokat.

 

It-tieni Ħruġ (Ottubru 2017): Fil-ħruġ ta’ Ottubru, huma biss dawk l-applikanti li applikaw ’il fuq minn €5,000 fl-ewwel ħruġ u applikanti ġodda li ma pparteċipawx fil-ħruġ ta’ Settembru li se jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw

It-tieni ħruġ ser ikun sa massimu ta’ €30 miljun u l-bond ser jinħareġ b’termini u l-kundizzjonijiet simili għal dawk tal-ewwel ħruġ ta’ Settembru 2017, fost oħrajn, (i) il-bond se jinħareġ b’parità, (ii) mhux se jkun negozjabbli, (iii) ir-rata ta’ imgħax se tkun ta’ 3% fis-sena, (iv) jimmatura fit-13 ta’ Settembru 2022 u (v) jkunu eliġġibli biex japplikaw biss dawk l-individwi li twieldu fis-sena 1955 jew qabel.

L-applikazzjonijiet tal-applikanti l-ġodda jistgħu ikunu magħmula sa massimu ta’ €10,000 u minimu ta’ €500 u dawn jiġu soġġetti għall-istess allocation policy applikata għall-applikanti tal-ewwel ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta, li d-dettalji tagħha jidhru aktar ’l fuq.  Dan qed isir sabiex skont l-ammont li se japplikaw għalih, l-applikanti l-ġodda li se jipparteċipaw fit-tieni ħruġ jiġu allokati l-istess ammont ta’ Savings Bonds li ġie allokat lill-applikanti tal-ewwel ħruġ sakemm, jekk meta tiġi applikata din l-allocation policy, l-ammont ta’ €30 miljun ma jinqabiżx.  F’każ li wara li tiġi applikata l-allocation policy tal-ewwel ħruġ għall-applikanti ġodda li se jipparteċipaw fit-tieni ħruġ, tintlaħaq jew tinqabeż is-somma ta’ €30 miljun, ma jibqax x’jiġi allokat lill-applikanti tal-ewwel ħruġ li jkunu għażlu li jipparteċipaw fit-tieni ħruġ.

Jekk wara li jiġi pproċessat  dan l-ewwel stadju tal-allokazzjoni tat-tieni ħruġ, jibqa’ ammont x’jigi allokat mit-€30 miljun tal-ħruġ, dan  jiġi allokat u mqassam bejn l-applikanti kollha tal-ewwel u t-tieni ħruġ li l-ammont tal-applikazzjoni tagħhom ma’ ġiex milquh kollu, skont id-diskrezzjoni tal-Accountant General.  It-Teżor ma jiggarantix li jista’ jibqa’ ammonti  x’jiġu allokati lill-applikanti tal-ewwel ħruġ li jagħżlu li jipparteċipaw fit-tieni ħruġ.

L-imgħax tat-tieni ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta ta’ Ottubru 2017 jibda jgħodd skont id-data li se jkun hemm fil-prospett li se jiġi ppublikat dalwaqt.

 

Rifużjonijiet

Ir-rifużjoni tal-flus lill-applikanti tal-ewwel ħruġ li għażlu li jipparteċipaw fit-tieni ħruġ u ma ġewx allokati l-ammonti kollha li applikaw għalih anke fit-tieni ħruġ, ser issir wara l-allokazzjoni tat-tieni ħruġ ta’ Ottubru 2017.

Kif stipulat fil-prospett, l-imgħax fuq it-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta beda jakkumula mit-13 ta’ Settembru 2017. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mir-riżultati tal-ħruġ tat- 62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

L-imsieħba soċjali b’ 130 proposta għall-Budget 2018

L-imsieħba soċjali ddiskutew mal-Gvern il-proposti tagħhom għal baġit tal-elfejn u tmintax.

F’laqgħa mal-MCESD, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq li l-Gvern u l-imsieħba soċjali qegħdin fuq l-istess linja, u dan fid-dawl tal-klima ekonomika pożittiva li għandu pajjiżna.

Min-naħa tagħhom l-imsieħba soċjali lkoll jaqblu li hemm bżonn li jkollna viżjoni li nħarsu fit-tul.Aqra aktar

Il-Bonds għall-anzjani jiġbdu interess kbir

 

Fl-aħħar jiem numru kbir ta’ anzjani marru għand il-banek ewlenin u istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jiċċekkjaw dwar is-62+, il-bonds tal-gvern maħsuba speċifikament għall-anzjani li jiftħu għada.

Saħansitra, tista’ tikkonferma din il-gazzetta, ilbieraħ kien hemm banek li ħassru appuntamenti skedati ma’ klijenti biex ilaħħqu mad-domanda għal appuntamenti minn anzjani li riedu jiksbu tagħrif dwar dawn il-bonds. Saħansitra kien hemm bosta anzjani li marru l-banek mingħajr appuntament biex jiksbu t-tagħrif.

Aqra aktar

Send this to a friend