Notifiki

ARA: Tiżdied l-effiċjenza tal-bord tal-appelli tal-kuntratti pubbliċi – Edward Scicluna

“Fl-aħħar ħames snin, il-Public Contracts Review Board (PCRB) irnexxielu jikseb livell għoli ta’ kredibilità u rispett u implimenta għadd ta’ bidliet u riformi skont il-prinċipji ta’ governanza tajba li wasslu sabiex ma jibqax ikun hemm dewmien fid-deċiżjonijiet tal-appelli,” qal il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna waqt konferenza stampa fl-uffiċini tal-PCRB, fejn ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tas-sena ħidma 2017, fis-6 ta’ Ġunju 2018.

Aqra aktar

Il-Ministru għall-Finanzi jniedi pjan strateġiku kontra l-ħasil tal-flus u finanzjar ta’ terroriżmu

“Malta hija determinata u kommessa li tippreveni, issib u tipproċedi kontra attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus u finanzjar ta’ terroriżmu. Huwa għalhekk li ħejjejna qafas istituzzjonali biex josserva, jiġbor informazzjoni fuq, u jieħu kull azzjoni neċessarja kontra reati finanzjarji”, sostna l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt it-tnedija ta’ pjan strateġiku nazzjonali kontra l-ħasil ta’ flus u ġlieda kontra l-iffinanzjar ta’ terroriżmu (National Anti-Money Laundering and Combatting the Financing of Terrorism Strategy and Plan).

Aqra aktar

Western Union Business Solutions tiċċelebra l-ftuħ ta’ uffiċċju ġdid

 

Il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, illum inawgura l-uffiċċju l-ġdid ta’ Western Union Business Solutions fil-W Business Centre f’Birkirkara. Bħala wieħed mill-fornituri ewlenin fid-dinja ta’ ħlasijiet tan-negozju cross-border, Western Union Business Solutions jgħin lin-negozji ta’ kull daqs sabiex dawn jamministraw il-pagamenti internazzjonali tagħhom l-fluss ta’ flushom.Aqra aktar

Valletta 2018 u 100 Women in Finance Jorganizzaw Ikla ta’ Wara Nofsinhar Għal Jum il-Mara

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 flimkien ma’ 100 Women in Finance organizzaw ikla ta’ wara nofsinhar taħt il-Patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fil-Palazz tal-Granmastru.

Il-mistiedna tal-unur kienet HRH il-Kontessa ta’ Wessex GCVO. Din saret fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara, fit-8 ta’ Marzu.

Aktar minn 150 persuna attendew fosthom nisa fin-negozju u l-finanzi, awtoritajiet governattivi, ħaddiema taċ-ċivil u politiċi nisa miż-żewġ naħat tal-kamra.

Aqra aktar

Kien imiss lil Fitch

Kien imiss lil Fitch li tkun it-tielet aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li tagħti riżultat b’saħħtu lil pajjiżna. Wara l-upgrades ta’ Moody’s u d-DBRS Fitch żammet ir-rating ta’ Malta f’livell A+. Livell li pajjiżna tela’ għalih is-sena li għaddiet. Fost oħrajn Fitch semmiet l-importanza tal-governanza tajba u kif anke hawn Malta kisbet riżultati b’saħħithom. Intqal li r-riżultati huma indikazzjoni ta’ rule of law b’saħħitha u gvern effettiv. Meta rreaġixxa għal dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu kliem ta’ sodisfazzjon. Anke għax l-aġenzija indipendenti qed tbassar li l-eokonomija Maltija se tibqa’ tkun iktar b’saħħitha minn ta’ oħrajn fl-istess livell. Ir-rata ta’ 7.2% fit-tkabbir ekonomiku kienet marbuta wkoll mal-esportazzjoni tas-servizzi.

Fitch tbassar ukoll li Malta se jibqa’ jkollha surplus. Din is-sena dan is-surplus mistenni jkun ta’ 1.5%. Filwaqt li kien innutat ukoll kif id-dejn ta’ pajjiżna qed jonqos. Fitch tinnota s-settur bankarju b’saħħtu f’Malta, il-fatt li għandna qgħad baxx u l-fatt li r-rata ta’ inflazzjoni kienet iżgħar, inqas minn ta’ pajjiżi oħra fl-istess kategorija.

Send this to a friend