Edward Scicluna – Page 3 – One News

Notifiki

Għid tiegħek fuq il-baġit mal-Ministru Edward Scicluna

Wieħed għandu ċ-ċans li jsaqsi u jiddiskutu mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fuq il-baġit għas-sena li ġejja li ser jitħabbar fit-22 t’Ottubru. Dan permezz ta’ inizjattiva tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li għat-tieni sena konsekuttiva qed jistidnu liż-żgħażagħ sabiex jifhmu aħjar il-proċess li jsir ta’ kull sena sabiex jinħadem il-baġit. Barra minn hekk, il-membri preżenti għandhom il-possibilta li jippreżentaw il-proposti tagħhom direttament lill-Ministru.

Aqra aktar

Inawgurata l-ewwel Borża ta’ Blockchain f’Malta

Issiġillat il-ftehim bejn żewġ kumpaniji tal-blockchain NEUFUND u OKEX li bejniethom ħolqu kumpanija sussidjarja li ser twaqqaf f’Malta l-ewwel borza tal-blockchain fid-dinja.

Dawn iż-żewġ kumpaniji ser joħolqu kumpanija sussidjarja MSX li ser tkun qed tinvesti fit-teknoloġija tal-blockchain kif ukoll tingħaqad fi sħab ma’ kumpaniji oħra intiżi f’dan is-settur li dejjem qiegħed jikber. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żewġt uċuħ ta’ De Marco b’rabta mal-ħasil tal-flus… jikxfu l-Ministru Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, żvela l-interess veri tad-deputat Nazzjonalista Mario De Marco fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

F’artiklu fit-Times of Malta l-Professur Scicluna tkellem fuq ir-rapport tal-European Banking Authority dwar istituzzjonijiet Maltin u spjega fid-dettall il-ħidma tal-gvern Malti kontra l-ħasil ta’ flus u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt l-aħħar xhur u snin kienu implimentati bidliet importanti ħafna li l-Ministru Scicluna jispjega f’ċertu dettall.

Peró kien hemm każ li ma kienx magħruf pubblikament li l-Ministru Scicluna għamel referenza għalih.

Mar lura għas-sajf tal-2015 meta ma’ De Marco kien qed jitkellem miegħu fuq emendi għall-att kontra l-ħasil ta’ flus.

Scicluna tkellem dwar kif Mario De Marco, avukat tal-kriminal, kien qed jirrappreżenta lill-oppożizzjoni fil-biċċa xogħol delikata li jkunu emendati l-liġijiet Maltin kontra l-ħasil ta’ flus.

Iżda, f’jum minnhom telaq mgħaġġel minn laqgħa fuq is-suġġett u mar l-Imrieħel fejn għandhom l-uffiċini l-FIAU u l-MFSA.

Dan għamlu biex jhedded istituzzjoni li ftit minuti qabel kien qed jiddiskuti mal-Ministru Scicluna kif suppost għandha tissaħħaħ. De Marco kien qed jiddefendi b’kemm kellu saħħa klijenti bl-isem ta’ Fanplay. Taljani li kienu qed jiffaċjaw akkużi serji ta’ rabtiet ma’ organizazzjonijiet kriminali bħal Ndrangheta u saħansitra kien hemm mandat ta’ arrest ewropew fil-konfront tagħhom. L-istituzzjonijiet Maltin kienu rtirawlhom il-liċenzja u dan minħabba suspetti ta’ ħasil ta’ flus. Peró De Marco kellu l-wiċċ imur jiġġieled u jhedded biex jaqbeż għalihom fl-istess ħin li f’isem il-PN kien mistieden biex jgħin fil-bidliet leġiżlattivi kontra l-ħasil ta’ flus.

De Marco huwa l-istess kelliem tal-PN li qed jitlob għar-riżenja tal-Ministru Edward Scicluna u fl-artiklu tiegħu Scicluna ma joqgħodx lura milli jitkellem dwar din it-talba u jesponi l-ipokrezija tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista. Għax De Marco hu biss wieħed minnhom.

 

ARA: Tiżdied l-effiċjenza tal-bord tal-appelli tal-kuntratti pubbliċi – Edward Scicluna

“Fl-aħħar ħames snin, il-Public Contracts Review Board (PCRB) irnexxielu jikseb livell għoli ta’ kredibilità u rispett u implimenta għadd ta’ bidliet u riformi skont il-prinċipji ta’ governanza tajba li wasslu sabiex ma jibqax ikun hemm dewmien fid-deċiżjonijiet tal-appelli,” qal il-Ministru għall-Finanzi Prof. Edward Scicluna waqt konferenza stampa fl-uffiċini tal-PCRB, fejn ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tas-sena ħidma 2017, fis-6 ta’ Ġunju 2018.

Aqra aktar

Il-Ministru għall-Finanzi jniedi pjan strateġiku kontra l-ħasil tal-flus u finanzjar ta’ terroriżmu

“Malta hija determinata u kommessa li tippreveni, issib u tipproċedi kontra attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus u finanzjar ta’ terroriżmu. Huwa għalhekk li ħejjejna qafas istituzzjonali biex josserva, jiġbor informazzjoni fuq, u jieħu kull azzjoni neċessarja kontra reati finanzjarji”, sostna l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt it-tnedija ta’ pjan strateġiku nazzjonali kontra l-ħasil ta’ flus u ġlieda kontra l-iffinanzjar ta’ terroriżmu (National Anti-Money Laundering and Combatting the Financing of Terrorism Strategy and Plan).

Aqra aktar

Send this to a friend