Edward Scicluna – Page 11 – One News

Notifiki

“Biddilna d-direzzjoni lejn ekonomija b’saħħitha”

Il-Gvern biddel id-direzzjoni li konna mdorrijin biha meta fil-budget fil-bidu ta’ leġislatura, il-poplu kien jiġi mgħakkes u fl-aħħar sentejn kienu jinfetħu iżjed l-idejn. Minn din il-leġislatura l-miżuri meqjusa ġenerużi mal-poplu daħħlu fis-seħħ sa mill-ewwel sena. Dwar dan tkellem il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna waqt laqgħa oħra mis-sensiela Gvern li jisma’.

Quddiem sala maħnuqa bin-nies f’Kastilja, il-Ministru Scicluna irrefera għall-aħħar rapport ta’ Standard & Poor’s li jħares b’ottimiżmu lejn il-ġejjieni ta’ pajjiżna. Żied jispjega kif bħala Gvern kien kuraġġuż li jdaħħal miżuri bħal taċ-child care centres b’xejn u t-tneħħija tat-taxxa fuq il-proprjeta’ għall-first time buyers. Il-Ministru qal li dawn il-miżuri u oħrajn swew flejjes kbar iżda taw lura ħafna biex b’hekk komplew jistimulaw l-ekonomija.

Aqra aktar

Vann b’scanner għad-Dwana

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta vann lid-Dipartiment tad-Dwana. Din il-vettura hija mgħammra b’scanner u se tkompli tiffaċilità x-xogħol tad-dwana.

Dan il-vann, b’valur ta’ miljun ewro, huwa kofinanzjat mill-Fondi Ewropej.

Il-Ħamis filgħodu nħatru seba’ rekluti ġodda mad-Dipartiment tad-Dwana.Aqra aktar

“LE” għall-evażjoni – Malta taqbel

Regoli ġodda se jaraw li kumpaniji ma jevadux it-taxxa. Il-Kummissjoni Ewropea laqgħat ftehim bejn stati membri Ewropej dwar dawn ir-regoli.

L-elementi ewlenin tal-proposti l-ġodda jinkludu:

  • miżuri legali li jwaqqfu l-aktar metodi komuni użati minn kumpaniji biex jevitaw li jħallsu t-taxxa;
  • rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar kif jipprevjenu l-abbuż tat-trattat tat-taxxa;
  • proposta biex l-Istati Membri jaqsmu informazzjoni relatata mat-taxxa fuq il-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fl-UE;
  • azzjonijiet biex jippromwovu governanza fiskali tajba internazzjonalment;
  • proċess ġdid tal-UE għall-elenkar ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li jkunu ġusti.

Aqra aktar

Send this to a friend