Notifiki

56 Pulizija aggredit f’ħames snin

Fl-aħħar ħames snin kien hemm 56 pulizija aggredit waqt il-qadi ta’ dmirijietu, bl-ikbar numru ta’ każi seħħew fl-2013 meta kienu aggrediti sbatax -il pulizija. Is-sena li għaddiet kienu tnax il-każi ta’ pulizija li sfaw vittmi ta’ vjolenza waqt il-qadi ta’ dmirijithom, każ inqas mill-2014 meta seħħew 13-il każ. Fl-2012 u din is-sena seħħew seba’ każi.

Aqra aktar

Pijunieri: Euronews jiġu Malta biex jistudjaw is-sistema ta’ childcare bla ħlas

Euronews, permezz tal-programm Real Economy, ħassew li hemm bżonn jivestigaw il-passi li qed jittieħdu biex ommijiet u missirijiet Ewropej ikollhom ambjent li jippermettilhom ikollhom it-tfal. Pass li osservaw huwa importanti ħafna, meta tqis kemm il-poplazzjoni Ewropea qed tixjih.

Ħassew li l-aħjar post fejn jinvestigaw dan kollu huwa Malta. 

Mhux kumbinazzjoni, iżda kif spjega l-Ministru Edward Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Maithreyi Seetharaman, il-passi li ħadet Malta fejn jidħol childcare bla ħlas qed iħallu impatt reali.

Aqra aktar

Il-ġemel Nazzjonalista ma jarax ħotobtu

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħadha qatta bla ħabel kontra l-Oppożizzjoni għall-kjass li pprruvat taqla’ fil-pajjiż li l-Gvern fl-2016 nefaq aktar minn kemm kien approvat fil-baġit.

Meta kien qed jintroduċi l-abbozz ta’ liġi li jimplimenta miżuri tal-estimi, il-Ministru Scicluna qal li jekk il-Partit Nazzjonalista jħares lejn il-passat tiegħu, jintebaħ li mhix ġustifikata, meta l-estimi supplimentari għall-2016 huma 3.6% iżjed mill-baġit.

Fakkar li fl-2001, l-estimi supplimentari ta’ Gvern Nazzjonalista kienu 5.5% tal-bagit ta’ dik is-sena u dawn żdiedu għal 7.7 % fl-2004. Fl-2008 kienu agħar: rekord ta’ 16% tal-baġit.

Aqra aktar

Jinkisbu l-€50,000,000 għall-proġett tal-housing

Il-Gvern kiseb il-ħamsin miljun ewro għall-proġett ta’ housing soċjali imħabbar fl-aħħar baġit.

Dan permezz ta ftehim mal-Bank għall-Investiment Ewropew. Ftehim li wassal biex pajjiżna jikseb ukoll ħamsa u sebgħin miljun ewro oħra f’fondi li se jissarfu fi proġetti oħra.Aqra aktar

“Ħafna punti pożittivi, lanqas nista’ nibda nsemmi!”

Komplew it-tħejjijiet għall-baġit elfejn u sbatax b’jum ta’ konsultazzjoni bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali.

Wara li fl-aħħar ġimgħat l-imsieħba soċjali preżentaw ix-xewqat tagħhom b’mod separat, dalgħodu poġġewhom quddiem il-ministru tal-finanzi bħala grupp wieħed mgħejuna wkoll mill-espert tal-MCESD.

Naturalment, l-imsieħba soċjali spjegaw ukoll għaliex jemmnu li għandhom ikunu l-proposti tagħhom li jgħamluha sal-bagalja tal-ministru.

Ħadna l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

162 Accountant ġdid

Waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ 162 accountant ġdid, il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna sostna li l-professjoni tal- ‘accountancy’ hija is-sinsla tal-forza tax-xogħol Maltija.

Aqra aktar

Send this to a friend